Id-Drogi

Iċ-ċentru Ewropew għall-monitoraġġ tad-drogi u l-vizzju tad-drogi (EMCDDA) jikklakula li kull sena l-abbuż tad-droga fl-UE jammonta għal 6500-9,000 mewt (b'overdose). It-titqib hija waħda mill-kawżi prinċipali li twassal għal infezzjonijiet tad-demm bħall-HIV/AIDS u l-epatite B u Ċ. Fl-UE hawn 2 miljuni li jabbużaw mid-droga u nofshom jittaqqbu. Bejn l-2001 u l-2005 l-inċidenza tal-HIV fost il-persuni li jittaqqbu naqset, iżda xorta ammontat għal madwar 3,500 każ ġdid fl-2005.
L-Istrateġija tal-UE kontra d-Drogi (2005-2012) tinkludi l-promozzjoni ta' għajxien b'saħħtu u tikkunsidra r-riskji sanitarji varji relatati mal-użu differenti tad-drogi, etajiet u ċ-ċirkostanzi (it-tqala, is-sewqan, eċċ.). Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Drogi (2005-2008), ibbażat fuq strateġija, jiffoka fuq it-tnaqqis tal-provvista u d-domanda, titjib fil-koordinazzjoni internazzjonali , it-tagħrif, ir-riċerka u l-valutazzjoni. Jinkludi indikaturi ċari u li jistgħu jitkejlu għal kull azzjoni biex jiġu evalwati r-riżultati u jkun analizzat il-progress sabiex il-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid kontra d-Droga 2009-2012 jista' jiżviluppa.
Għal aktar tagħrif dwar il-prodotti farmaċewtiċi, jekk jogħġbok mur Ibża għalija / Mediċini u Trattament .
