Mogħdija tan-navigazzjoni

Ibgħat lil ħabib
google +
Verżjoni għall-istampar

L-alkoħol

L-alkoħol

L-alkoħol huwa suġġett ewlieni ta' tħassib soċjali u tas-saħħa pubblika fil-Komunità kollha. L-Ewropa għandha l-ogħla proporzjon ta' nies li jixorbu l-alkoħol fid-dinja, l-ogħla livelli ta' konsum tal-alkoħol ras imb'ras u livell ogħli ta' dannu konness mal-alkoħol. Il-konsum tal-alkoħol perikoluż u ta' dannu huwa l-kawża netta ta' 7.4% tal-imwiet bikrija kollha u saħħa magħdura fl-UE. Il-konsegwenzi tal-konsum tal-alkoħol perikoluż u ta' dannu jinkludu wkoll għadd konsiderevoli ta' fatalitajiet fit-toroq tal-UE, impatt soċjali wiesa' bħall-vjolenza, il-ħuliganiżmu, il-kriminalità, problemi fil-familji u esklużjoni soċjali, kif ukoll produttività baxxa fuq ix-xogħol.

L-UE tagħraf il-fatt li x-xarbiet alkoħoliċi huma prodotti ekonomiċi importanti. Jirrappreżentaw ukoll valur kulturali għal bosta reġjuni fl-Ewropa. Il-produzzjoni, il-kummerċ u r-reklamar tal-alkoħol jikkontribwixxu lejn it-tkabbir ekonomiku fl-UE. Madankollu, sabiex naffrontaw il-kwistjonijiet tas-saħħa, jeħtieġ li jkun hemm politiki effettivi dwar l-alkoħol u hemm bżonn tal-appoġġ u l-koordinament tal-Unjoni Ewropea sabiex l-Istati Membri jiġu assistiti fit-tnaqqis tad-danni konnessi mal-alkoħol.

Ir-rispons tal-UE għal din l-isfida se jiffoka fuq il-kombinazzjoni ta' miżuri mmirati biex jillimitaw id-disponibbiltà tax-xarbiet alkoħolici, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u sabiex jitnaqqas l-esponiment ta' dawn għal komunikazzjonijiet kummerċjali relatati. Jistgħu jiġu inklużi wkoll fi strateġija futura l-kontromiżuri rigward is-sewqan fis-sakra, kif ukoll it-titjib tal-edukazzjoni u l-informazzjoni.

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija għaldaqstant kruċjali għall-iskambju tal-informazzjoni u l-għarfien. L-organizzazzjonijiet mhux governattivi wkoll mistennija jkollhom sehem ewlieni fl-immobilizzar u l-involviment tal-pubbliku u fit-trawwim tal-kuxjenza. L-industrija tax-xorb alkoħoliku tista' wkoll tikkontribwixxi billi tinforza il-kodiċi ta' kondotta tagħha u taġixxi b'mod responsabbli. Permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari mad-WHO, huwa ppjanat li tissawwar sistema għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-konsum tal-alkoħol u l-indikaturi relatati ma' dan mil-lat soċjali, ekonomiku u tas-saħħa.

Temi dwar is-saħħa: Minn A sa Z

L-avviżi bl-aħbarijiet u l-avvenimenti ta' Saħħa-UE jiġu ġġenerati awtomatikament fuq kriterji pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea. Jista jkun fihom xi żbalji ta' klassifikazzjoni.