Riskji Bijoloġiċi

Ir-riskji bijoloġiċi tas-saħħa huma relatati mal-esponiment għall-bacterija, viruses, fungi u mikro organiżmu oħra u tossiċi assoċjati. Dawn il-mikro organiżmi huma mifruxa fin-natura u jirrappreżentaw theddida kbira għas-saħħa pubblika.
L-għan tal-UE hu li taggarantixxi livelli għolja ta' ħarsien tas-saħħa u tnaqqas ir-riskji ta' esponiment għal aġenti bijoloġiċi li jistgħu jkunu ta' dannu:
• strateġija koordinata, olistika għall-politika dwar l-iġjene tal-ikel biex tassigura s-sigurtà bijoloġika tal-ikel
• azzjoni kkordinata kontra t-theddid ikkawżati mill-mard li jittieħed billi jissaħħaħ il-mod kif jinqasam l-informazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea li tinkludi l-użu tal-għodod tal-informatika għal twissija u rispons immedjat.
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) fi Stokkolma jispeċċjalizza fil-valutazzjoni tar-riskji li jġorru l-aġenti bijoloġiċi u jagħti pariri lill-UE dwar l-għażliet disponibbli biex jirrispondu b'mod xieraq.
