Mogħdija tan-navigazzjoni

2012

Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa

Int ġurnalist interessat fis-saħħa?

Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-Saħħa

Il-Premju Ewropew għall-Ġurnalisti fil-Qasam tas-Saħħa jingħata biex jitħeġġeġ ġurnaliżmu ta' livell għoli li jqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa u d-drittijiet taċ-ċittadini. Bit-tema "L-Ewropa għall-Pazjenti", il-premju jenfasizza l-inizjattivi tal-politika tas-saħħa tal-UE. Dawn l-inizjattivi għandhom għan komuni: kura tas-saħħa aħjar għal kulħadd fl-Ewropa.

Il-Premju jingħata lill-ġurnalisti li kkontribwew b'mod sinifikanti biex jgħinu liċ-ċittadini jifhmu l-kwistjonijiet dwar is-saħħa, u permezz ta' xogħolhom esprimew l-aspettattivi u l-ħsibijiet tal-pazjenti u l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa. Jingħata fl-ispirtu tar-rispett tal-libertà u l-pluraliżmu tax-xandir u fil-kuntest tax-xewqa tal-Kummissarju biex titjieb il-komunikazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini Ewropej.

L-għażla tar-rebbieħ issir bi proċedura f'żewġ fażijiet:
1) L-artikli kollha jinqraw mill-ġuriji nazzjonali (wieħed minn kull Stat Membru tal-UE). Kull ġurija nazzjonali tagħżel nomina nazzjonali waħda.
2) Ġurija tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tagħżel rebbieħ wieħed u żewġ finalisti fost 28 nomina nazzjonali.

L-ewwel premju ngħata fl-2009. Ir-rebbieħa tal-edizzjonijiet preċedenti huma:

  • 2012: Petr třešňák (ir-Repubblika Ċeka), b'artikolu dwar is-saħħa mentali "Avventuri fis-sala 14 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel čeština (cs) English (en) ", ippubblikat fir-rivista Respekt.
  • 2011: Ben Hirschler u Kate Kelland (ir-Renju Unit), b'artiklu dwar ir-reżistenza tal-mikrobi "Meta l-mediċina ma taħdimx Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ", ippubblikat f'Reuters.
  • 2010: Gianluca Ferraris u Ilaria Molinari (l-Italja), b'artiklu dwar iċ-ċelloli istaminali "Ħallelin tat-tama Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) italiano (it) ", ippubblikat f'Panorama.
  • 2009: Estelle Saget (Franza), b'artiklu "Skriżofrenija spejegata lill-qraba u lill-ħbieb Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) français (fr) ", ippublikat f'L'Express.

Il-Premju tal-UE lill-Ġurnalisti hu ffinanzjat mit-tieni Programm Komunitarju għas-Saħħa 2008-13.

Aktar informazzjoni (artikli rebbieħa, ritratti u filmati) dwar l-edizzjonijiet preċedenti tal-premju.

Kuntatt:
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
DĠ Saħħa u Konsumaturi
L-2920 LUXEMBOURG
Email

L-aħħar aġġornament: 09/06/2014 | Fuq