Mogħdija tan-navigazzjoni

2012

Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa

Int ġurnalist interessat fis-saħħa?

Regoli

1. Parteċipanti, artikli u sottomissjoni
2. Kriterji ta’ valutazzjoni
3. Ġurija u għoti ta' premjijiet mill-Kummissjoni Ewropea
4. Premjijiet
5. Ċeremonja tal-għoti tal-premjijiet
6. Stqarrija ta' privatezza

Il-verżjoni Ingliża hi l-oriġinali u torbot legalment.

1. Parteċipanti, artikli u sottomissjoni

1. Il-parteċipanti tal-kompetizzjoni għandhom ikunu ċittadini jew residenti ta' wieħed minn 27 Stat Membru tal-UE u ġurnalisti professjonisti (l-awturi jeħtiġilhom ikunu ġurnalisti reġistrati, jew l-artikli jrid ikunu ġew ippubblikati bi stil ġurnalistiku f'pubblikazzjoni b'reputazzjoni tajba). Ma jiġux aċċettati siltiet pubbliċitarji jew ktibiet akkademiċi.

2. Il-parteċipanti jrid ikollhom 18-il sena jew aktar.

3. Kull parteċipant jista' jissottometti sa 2 artikli. L-artikli jistgħu jkunu ġew ippubblikati kemm individwalment jew inkella f'serje ta' artikli.

4. L-artikli għandhom ikollhom x'jaqsmu ma' kwistjoni jew diversi kwistjonijiet koperti mill-kampanja Ewropa għall-Pazjenti: kura bejn il-fruntieri, mard rari, forza ta' xogħol tas-saħħa, sikurezza tal-pazjent, għoti ta' organi u trapjanti, kanċer, tilqim (kontra l-influwenza u tilqim li jingħata lit-tfal), użu għaqli ta' antibijotiċi, saħħa mentali, marda tal-Alzheimer u dimenzji oħrajnfarmaċewtiċi jew anzjanità attiva u b'saħħitha. Se jingħata premju speċjali għall-aħjar artiklu dwar il-"waqfien mit-tipjip".

5. Kull artiklu għandu jiġi sottomess individwalment billi tintuża u timtela b'mod sħiħ il-formola ta' sottomissjoni onlajn.

6. L-artikli kollha jridu jkunu ġew oriġinalment ippubblikati fl-Unjoni Ewropea f'pubblikazzjoni perjodika jew f'awtlet ta' midja onlajn (tal-anqas 4 ħarġiet fis-sena), inklużi pubblikazzjonijiet ta' kumpaniji, assoċjazzjonijiet jew universitajiet, fondazzjonijiet individwali eċċ. L-artikli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali, jew bi ħlas jew inkella bla ħlas – l-artikli ppubblikati fi newsletters interni biss (pereżempju newsletter interna ta' kumpanija jew assoċjazzjoni għall-istaff) mhumiex eliġibbli.

7. Kull artiklu jrid ikun ġie ppubblikat bejn il-25 ta' Lulju 2011 u l-31 ta' Lulju 2012. Il-parteċipanti jistgħu jintalbu jipprovdu prova li l-artiklu kien ippubblikat.

8. L-artikli għandhom ikunu nkitbu b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-UE.

9. L-Artikli għandhom ikunu tal-anqas b'tul ta' 3,800 karattru (mingħajr spazju) iżda ma għandhomx ikunu aktar minn 20,000 karattru.

10. L-uffiċċju editorjali prinċipali tal-pubblikazzjoni li fih l-artiklu kien ippubblikat għandu jkun ibbażat f'wieħed minn 27 Stat Membru tal-UE. L-artiklu għandu jikkompeti f'isem il-pajjiż li fih kien ippubblikat.

11. Is-sottomissjonijiet ta' tim se jkunu aċċettati bil-kundizzjoni li jiġu elenkati l-membri kollha tat-tim fil-formola ta' sottomissjoni u li t-tim ma jkunx fih aktar minn 5 persuni.

12. Persuni oħrajn li mhumiex l-awtur jistgħu jissottomettu l-artiklu bil-kunsens tal-awtur, jekk ikunu jissodisfaw ir-regoli kollha.

13. Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni hu l-31 ta' Lulju 2012 (12 pm Ħin Ewropew Ċentrali).

14. Meta j/tissottometti l-artiklu, il-parteċipant/a j/taċċetta li hu jew hi qara/qrat u fehem/fehmet ir-reġoli tal-kompetizzjoni.

15. Wara li artiklu jiġi sottomess, il-parteċipanti jirċievu email awtomatika ta' konferma. Wara li tingħata din il-konferma biss titqies bħala parteċipant. Mhux se tintbagħat konferma b'email individwali rigward l-eliġibilità tal-artikli sottomessi.

16. L-artikli sottomessi ma jintbagħtux lura.

17. Il-Kummissjoni Ewropea żżomm id-dritt li ma taċċettax kull sottomissjoni li ma tikkonfermax mar-rekwiżiti tal-kompetizzjoni.

18. Il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt kemm li tuża l-artikli (inklużi r-ritratti u l-illustrazzjonijiet) sottomessi fil-kompetizzjoni f'materjal ta' pubbliċità u mal-midja, kif ukoll li artikli jistgħu jiġu riprodotti fi kwalunkwe forma għall-promozzjoni tal-Premju u tal-kampanja "Ewropa għall-Pazjenti".

19. L-artikli tan-nomini nazzjonali se jiġu tradotti bl-Ingliż u ppubblikati fil-websajts tal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-ismijiet, ir-ritratti u s-CVs ta' dawk innominati.

20. Kull persuna li taħdem għall-Kummissjoni Ewropea, l-organizzaturi jew il-ġuriji tal-Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, ma jistgħux jieħdu sehem fil-kompetizzjoni.

21. Id-deċiżjonijiet tal-ġurija, kemm fil-livell nazzjonali jew tal-UE, huma finali.

2. Kriterji ta’ valutazzjoni

Il-membri tal-ġurija se jivvalutaw l-artikli skont il-kriterji ta' valutazzjoni li ġejjin:

• Il-validità u r-rilevanza tal-kontenut għall-pubbliku ġenerali

• L-abbiltà li jiġi impenjat u miżmum l-interess tal-qarrej

• Indipendenza, oġġettività u rispett għall-etika ġurnalistika

• L-originalità (pereżempju l-għażla tas-suġġett, kif jiġi ttrattat is-suġġett, l-opinjoni meħuda...)

• Il-profondità investigattiva: riċerka li ħtiġilha ġbir ta' informazzjoni, riżorsi u sforz użati fil-preparazzjoni tax-xogħol

• Kwalità tal-kitba – lingwa, il-kwalità bħala qari u l-istruttura

• Kontenut tal-artiklu: għandu jkun rilevanti għas-saħħa jew dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika tas-saħħa, u jittratta kwistjoni jew diversi kwistjonijiet koperti mill-kampanja Ewropa għall-Pazjenti.

3. Ġurija u għoti ta' premjijiet mill-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti l-premjijiet skont proposta mill-ġurija tal-UE u għażla minn qabel magħmula mill-ġuriji nazzjonali li sehemhom hu li jagħtu parir.

– Ġurija Nazzjonali

F'kull Stat Membru tal-UE ġurija indipendenti se tivvaluta l-artikli u tagħżel nomina nazzjonali waħda. Din il-ġurija magħmula minn esperti nazzjonali fil-qasam tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw is-saħħa pubblika u minn ġurnalisti magħrufin. Il-president tal-ġurija se jkun il-kap tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Kummissjoni Ewropea jew id-delegat tiegħu/tagħha.

– Ġurija tal-UE

Il-Premju lir-rebbieħ Ewropew u liż-żewġ finalisti se jingħata mill-Kummissjoni fuq il-parir ta' ġurija magħmula minn uffiċjali tal-UE, esperti fil-qasam tas-saħħa pubblika Ewropea u ġurnalisti magħrufin u bi president li jkun uffiċjal għoli tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-lista tal-membri tal-ġurija se tkun disponibbli f'dan il-websajt wara l-laqgħat tal-ġurija.

4. Premjijiet

Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni Ewropea u ż-żewġ finalisti jirċievu premjijiet bil-valur ta':

• L-ewwel premju € 6,000

• It-tieni premju € 2,500

• It-tielet premju € 1,500

Il-premju specjali għall-artikli dwar "waqfien mit-tipjip" jammonta għal € 3,000.

5. Ċeremonja tal-għoti tal-premjijiet

In-nomini nazzjonali kollha se jkunu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet u għal seminar organizzat apposta biex jissodisfa l-interessi ġurnalistiċi.

Ix-xogħol tar-rebbieħa tal-premjijiet u dawk innominati se jkunu ppubblikati bl-Ingliż f'dan il-websajt.

6. Stqarrija ta' privatezza

Se nirreġistraw u nkomplu nipproċessaw id-dettalji personali tiegħek safejn ikun neċessarju għas-segwitu tal-parteċipazzjoni tiegħek f'din il-kompetizzjoni.

Id-dejta tiegħek se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

Id-dejta tiegħek tiġi rreġistrata u tinħażen sakemm jinħtieġu azzjonijiet ta' segwitu fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tiegħek.

Għall-finijiet ta' trasparenza, il-kontribuzzjonijiet, inklużi ismek u l-pożizzjoni tiegħek fl-organizzazzjoni tiegħek jistgħu jiġu kkomunikati lill-pubbliku.

Id-dritt ta' rettifika u r-regolatur tad-dejta personali:

Jekk għandek bżonn aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek jew dwar id-drittijiet tiegħek ta' eżerċitar (pereżempju aċċess għal jew rettifika ta' kwalunkwe dejta mhux preċiża jew mhux kompluta jew jekk ma taqbilx mal-pubblikazzjoni tad-dettalji dwarek fuq Europa) jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Għandek id-dritt ta' rikors fi kwalunkwe żmien għar-Regolatur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta fuq edps@edps.europa.eu.

L-aħħar aġġornament: 09/05/2014 | Fuq