Mogħdija tan-navigazzjoni

2012

Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa

Int ġurnalist interessat fis-saħħa?

Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa - 2012 - Taqsira

Ir-raba' edizzjoni tal-Premju tal-UE lill-Ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa ippremjat l-artikli li ġejjin:

L-Ewwel Premju

Petr Třešňák: “Adventures in ward 14 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel čeština (cs) English (en) ” (ir-rivista Respekt, ir-Repubblika Ċeka) 

Dan l-artiklu jenfasizza s-suġġett importanti tas-saħħa mentali: is-sitwazzjoni fl-isptarijiet psikjatriċi u r-rwol kruċjali tal-infermiera biex jgħinu fl-irkupru ta' każijiet diffiċli.

It-Tieni Premju

Ailbhe Jordan: “Is screening a waste of cash? Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ” (Medical Independent, l-Irlanda)

Dan l-artiklu jippreżenta għan u riflessjoni f'waqtha dwar l-ispiża/l-effettività tal-programmi tal-iskrining tal-kanċer, partikolarment pertinenti minħabba l-kuntest ekonomiku kurrenti.

It-Tielet Premju

Daniela Cipolloni: “All those lies spread by private umbilical-cord blood banks Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) italiano (it) ” (ir-rivista Oggi Scienza, l-Italja)

Dan l-artiklu jikkontribwixxi għad-dibattitu dwar il-banek tad-demm tal-kurdun taż-żokra u l-użu taċ-ċelloli staminali, li huma ta' valur important peress li hemm opinjonijiet u fehmiet differenti dwar dan is-suġġett madwar l-UE.

Premju Speċjali dwar il-waqfien mit-tipjip

Tobias Zick: “Thick air Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel Deutsch (de) English (en) ” (ir-rivista NEON, il-Ġermanja)

Dan l-artiklu jippreżenta ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-użu tat-tabakk u l-kwistjonijiet relatati mal-waqfien mit-tipjip fil-Ġermanja, li jkopri l-istorja, il-politika, il-liġi u l-filosofija. Juri li l-politiki tas-saħħa jista' jkollhom impatt kbir.

L-aħħar aġġornament: 09/06/2014 | Fuq