Mogħdija tan-navigazzjoni

2012

Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa

Int ġurnalist interessat fis-saħħa?

Edizzjonijiet preċedenti - 2010 - Taqsira

Fit-tieni edizzjoni tal-Premju tal-UE għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa ġew sottomessi 745 artiklu eliġibbli minn 438 ġurnalist mill-pajjiżi kollha tal-UE. Il-finalisti ntgħażlu mill-ġuriji nazzjonali. Il-ġurija tal-UE ltaqgħet fit-28 ta' Ottubru biex tagħżel ir-rebbieħ u ż-żewġ finalisti. Ir-rebbieħa tħabbru fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fi Brussell fit-30 ta' Novembru.
Ir-rebbieħa tal-edizzjoni 2010 huma Gianluca Ferraris u Ilaria Molinari bl-artiklu "Stealing Hope Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) italiano (it) " ippubblikat f'Panorama, l-Italja. It-tieni post ingħata lil Lucie Hášová Truhelková għall-artiklu "Love Dwells in the Kidney Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel čeština (cs) English (en) " ippubblikat f'MF Plus, ir-Repubblika Ċeka. It-tim magħmul minn Kasper Krogh, Morten Crone, Line Holm Nielsen u Jesper Woldenhof ġie t-tielet bl-artiklu "The Great Failure Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel dansk (da) English (en) " ippubblikat f'Berlingske Tidende, id-Danimarka.

Il-Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu fil-Qasam tas-Saħħa 2010 ngħata biex jitħeġġeġ ġurnaliżmu ta' livell għoli li jqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa u d-drittijiet tal-pazjenti.

Il-Premju kien jagħmel parti mill-kampanja "Ewropa għall-pazjenti", li qed tenfasizza 11-il inizjattiva ta' politika dwar is-saħħa. Dawn l-inizjattivi għandhom għan komuni: kura tas-saħħa aħjar għal kulħadd fl-Ewropa.

Il-Premju ppremja lill-ġurnalisti li kkontribwew b'mod sinifikanti biex jgħinu liċ-ċittadini jifhmu l-kwistjonijiet dwar is-saħħa, u permezz ta' xogħolhom esprimew l-aspettattivi u l-ħsibijiet tal-pazjenti u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa.

Il-Premju ngħata fl-ispirtu tar-rispett tal-libertà u l-pluraliżmu tax-xandir u fil-kuntest tax-xewqa tal-Kummissarju biex titjieb il-komunikazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini Ewropej.

Il-Kampanja Ewropa għall-Pazjenti u l-Premju lill-Ġurnalisti huma ffinanzjati skont it-tieni programm tas-saħħa tal-Komunità 2008-13.

 

L-aħħar aġġornament: 09/07/2014 | Fuq