Premju fil-Ġurnaliżmu tal-UE fil-qasam tas-Saħħa

  • Health-eu Journalist Prize 2012

Links siewja

  • Health-eu Newsletter
  • Health-eu
  • Public Health

Dwar dan is-sit

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-kampanja "Ewropa għall-Pazjenti" f'Settembru 2008. Il-kampanja tiffoka fuq serje ta' inizjattivi politiċi differenti tal-Kummissjoni relatati mal-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

Dawn l-inizjattivi kollha huma marbutin f’għan komuni: kura tas-saħħa aħjar għal kulħadd fl-Ewropa. L-inizjattivi u l-azzjonijiet jindirizzaw is-sigurtà tal-pazjent, il-mard rari, l-għotja u t-trapjant tal-organi, l-iskrining tal-kanċer, il-ħaddiema fis-settur tassaħħa, l-influwenza u t-tilqim tat-tfal, is-saħħa mentali, il-marda tal-Alzheimer u demenzji oħra kif ukoll l-użu prudenti tal-anitbijotiċi (ara l-lista lejn tmiem dan iddokument). L-ewwel inizjattiva f’din il-kampanja - id-Direttiva proposta dwar il-kura tas-saħħa bejn il-pajjiżi - ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-2 ta' Lulju 2008.

X’inhu l-għan tal-kampanja?

L-għan hu li tipprovdi punt ta’ dħul sempliċi għad-dinja kemmxejn kumplessa talpolitiki u l-azzjonijiet tal-UE fil-kura tas-saħħa. Il-Kampanja hi qafas ta' komunikazzjoni tanġibbli u multilingwi għall-organizzazzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċittadini biex jinfurmaw ruħhom u jipparteċipaw fil-kampanja billi jikkontribwixxu bl-aħbarijiet dwar is-saħħa u l-avvenimenti fuq il-websajt ta' Ewropa għall-Pazjenti.

Kif tikseb aktar tagħrif: websajt apposta

Il-websajt Ewropa għall-Pazjenti nħolqot fil-Portal tas-Saħħa tal-UE fi 22 lingwa. Dan huwa font ta’ tagħrif dwar l-inizjattivi dwar il-kampanja Ewropa għall-Pazjenti li jiġi aġġornat ta’ spiss, u fejn jiġu mqiegħda dokumenti nazzjonali u fil-livell tal-UE, artikli u avvenimenti marbuta mal-inizjattivi.

Niżżel il-ġabra ta' fatti tal-2012 pdf - 296 KB [296 KB] English (en)

 

Aqsam ma' ħaddieħor