Mogħdija tan-navigazzjoni

Ibgħat lil ħabib
google +
Verżjoni għall-istampar

Mediċina u Kura

Mediċina u Kura

L-UE hija impenjata bis-sħiħ biex tassigura livell ta' protezzjoni, kompettitività u innovazzjoni għolja fil-qasam tas-saħħa pubblika. Fil-kuntest tal-mediċini u l-kura, l-għanijiet prinċipali huma:

• il-garanzija għal aċċess ta' mediċini għal but ta' kulħadd
• l-assigurazzjoni li l-mediċini huma siguri u effettivi
• it-titjib tal-kwalità u l-firxa tal-informazzjoni sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu għażla għaqlija.

Il-Forum tal-Farmaċewtika huwa pjattaforma għal diskussjoni politika ta' livell għoli b'gruppi ta' ħidma ta' esperti. Dan jiżviluppa rakkomandazzjonijiet u skambji tal-aqwa prattiċi bil-għan li:

• itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-industrija tal-farmaċewtika, il-partijiet interessati fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-pajjiżi tal-UE
• isaħħaħ il-kontribuzzjonijiet lejn l-għanijiet soċjali u tas-saħħa pubblika
• itejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-farmaċewtika.

Attivitajiet oħra tal-UE jinkludu:

• il-promozzjoni ta' riċerka u tal-iżvilupp ta' terapiji innovattivi
• l-assigurazzjoni ta' movimenti ħieles tal-mediċini fis-suq tal-UE
• tidentifika distakk xjentifiku importanti u tgħaqqad aġenda ta' riċerka
• l-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ ta' prodotti mediċinali disponibbli fis-suq
• il-ħidma fl-Aġnezija Ewropea tal-Mediċini, li tikkonsulta l-pajjiżi tal-UE dwar il-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali
• taħdem biex ittejjeb l-aċċess għal mediċini essenzjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.