Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Att dwar is-Suq Uniku

L-Ewropa għandha taġixxi biex toħloq aktar prosperità u impjiegi. Jinħtiġilha tagħmel dan b’mod urġenti wara l-kriżi finanzjarja. Dan hu għala l-Kummissjoni Ewropea adottat l-Att dwar is-Suq Uniku, sensiela ta’ miżuri biex jissaħħu l-ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi Ewropej.

Mill-1992, is-Suq Uniku wassal għal benefiċċji tremendi u ħoloq opportunitajiet ġodda. Iżda l-moviment ħieles tal-prodotti, is-servizzi, il-kapital u l-persuni mhux dejjem iseħħ bla tfixkil. Ma jeżistix verament suq integrat Ewropew f’ċerti oqsma. Biċċiet ta’ leġiżlazzjoni huma neqsin. U ostakoli amministrattivi u nuqqas ta’ rinforzar ma jħallux l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku.

Il-fiduċja fis-Suq Uniku jinħtiġilha wkoll tisħiħ qawwi biex tgħin fl-inkuraġġiment tal-iżvilupp tal-ekonomija. L-Ewropa jinħtiġilha li taġixxi b’aktar forza u konvinzjoni biex turi li s-Suq Uniku jwassal għal progress soċjali u jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, il-ħaddiema u l-intrapriżi ż-żgħar.

L-Att dwar is-Suq Uniku ppreżentat mill-Kummissjoni f'April 2011 stabbilixxa tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u tissaħħaħ il-fiduċja. F'Ottubru 2012 il-Kummissjoni pproponiet it-tieni sett ta' azzjonijiet (Att dwar is-Suq Uniku II) biex jiġi żviluppat iktar is-Suq Uniku u jintuża l-potenzjal mhux sfruttat tiegħu għat-tkabbir ekonomiku.

L-Att dwar is-Suq Uniku II (October 2012)

Dokumenti

L-Att dwar is-Suq Uniku I (April 2011)

Riżultati tad-dibattitu pubbliku (11.2010 - 02.2011)

Test minn Ottubru 2010

Dokumenti