Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
Now available in English, French and Spanish.
Tweaking breeding methods could allow European fish farming or aquaculture to produce more efficiently. An EU-funded project is studying how hi-tech breeding techniques can promote disease resistance and fast, efficient growth in six commonly farmed fish species, improving fish welfare, impacts on wildlife and farm productivity.
The European Commission has today announced a further proposal aimed at halting the decline of sea bass in the Celtic Sea, Irish Sea, Channel and North Sea.

Infiq pubbliku fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura

Is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura huwa sottomess għar-regoli dwar il-kompetizzjoni biss sa fejn ikun determinat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għalhekk, l-infiq pubbliku jista' jiġi kategorizzat kif ġej:

1. permezz ta’ strument finanzjarju tal-UE – il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS)

2. permezz ta’ għajnuna mill-Istat, jiġifieri għajnuna mogħtija mill-pajjiżi tal-UE biex l-industrija tas-sajd u l-akkwakultura għajr il-finanzjament tal-FEMS fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE.

Għal aktar tagħrif dwar id-delimitazzjoni bejn dawn iż-żewġ kategoriji, jekk jogħġbok ara l-preżentazzjoni pdf - 2 MB [2 MB] English (en) .

Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat lis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura

Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Istat mhix kompatibbli mas-suq intern ħlief għal każijiet speċifiċi bħal:

  • għajnuna de minimis (i.e. ammonti li jkun tant ċkejknin li x'aktarx ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni);
  • ċerti tipi ta’ sussidji li ma jfixklux il-kompetizzjoni, koperti minn Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija tas-Sajd u tal-Akkwakultura.

Jekk l-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet speċifiċi ma jkun applikabbli, kull stat membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe skema ta’ għajnuna mill-istat li jixtieq jistabbilixxi jew kwalunkwe għajnuna mill-Istat li għandu l-intenzjoni jagħti, u ma jistax jimplimenta l-iskema jew l-għotja tal-għajnuna qabel ma l-Kummissjoni tiddikjara li tikkonforma mat-Trattat. (Ara l-Artikolu 2 tar-Regolament 659/1999 tal-Kunsill u l-Artikolu 2 tar-Regolament 794/2004 tal-Kummissjoni).

Fil-kuntest tal-investigazzjoni ta’ każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tista’ tipproċessa d-dejta personali. Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ara l-istqarrija ta' privatezza speċifika pdf - 163 KB [163 KB] English (en) .

Kif issir in-notifika?

In-notifika għandha ssir elettronikament, permezz tar-Rappreżentanza Permanenti tal-UE fl-istat membru kkonċernat bis-sistema elettronika SANI. Għandu jintuża mudell msw8 - 282 KB [282 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) speċjali għan-notifika għall-għajnuna lis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

X’inhuma l-konsegwenzi jekk stat membru jonqos milli jinnotifika?

Jekk stat membru jdaħħal fis-seħħ skema ta' għajnuna mill-istat jew għotjiet ta' għajnuna individwali mingħajr ma jinnotifika lill-Kummissjoni jew mingħajr ma jikseb l-approvazzjoni tal-iskema jew l-għajnuna nnotifikata, l-għajnuna mill-istat jew skema ta' għajnuna mill-istat tiġi kkunsidrata illegali (ara l-Artikolu 1, punt (f) tar-Regolament tal-Kunsill 659/1999). Barra minn hekk, il-benefiċjarji ta’ għajnuna illegali fil-prinċipju jintalbu jħallsu lura l-għajnuna. (ara l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament)

Meta m'hemmx bżonn ta' notifika?

Ċerti tipi ta' għajnuna mill-istat lis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura jitqiesu kompatibbli mas-suq intern, u għalhekk m'għandhomx bżonn jistennew l-approvazzjoni mill-Kummissjoni qabel ma jimplimentaw l-iskema ta' għajnuna. Notifika mhix meħtieġa f’każ ta’:

1. tipi ta' għajnuniet koperti minn regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija (ir-Regolament tal-Kummissjoni 1388/2014 – ir-regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija l-ġdid applikabbli għas-settur ġie adottat fis-16 ta' Diċembru 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015).

2. għajnuna de minimis (Regolament tal-Kummissjoni 717/2014; Ara aktar ’l isfel).

Madankollu, kull stat membru jrid iħejji rapport annwali dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija matul is-sena, inkluża l-għajnuna li taqa' taħt ir-regoli de minimis. Ir-rapport għandu jiġi sottomess f'format elettroniku sat-30 ta' Ġunju (ara l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni 794/2004; l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa hi spjegata fl-Anness III C f'dan ir-Regolament).

Kien hemm kawża l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE meta stat membru ma bagħatx ir-rapporti annwali fi żmien l-iskadenza (ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Jannar 2006 - il-Kummissjoni v il-Lussemburgu (Każ C-69/05))

Ir-regoli tal-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

Għajnuna mill-Istat li ma taqbiżx ċertu limitu fuq perjodu ta’ żmien hija meqjusa li ma tkunx tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) TFUE. Din hija l-hekk imsejħa għajnuna de minimis. Ir-Regolament tal-Kummissjoni 717/2014 (li jieħu post ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007) jistipola limitu ta' €30,000 għal kull benefiċjarju fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin. Barra minn hekk, kull stat membru jrid jirrispetta l-ammont kumulattiv massimu stipulat fl-anness tar-Regolament De minimis (l-hekk imsejjaħ limitu massimu nazzjonali) filwaqt li jippermetti għajnuna lill-impriżi attivi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. Għajnuna de minimis mogħtija lill-impriżi kollha fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura fuq tliet snin ma tistax taqbeż 2.5% tal-ammont annwali ta’ qbid, proċessar u l-fatturat tal-akkwakultura għal kull stat membru.

L-għajnuna de minimis b'mod partikolari:

a. għandha tiġi ġestita b'mod trasparenti;
b. ma tistax tintuż għax-xiri ta’ bastimenti tas-sajd, għall-modernizzazzjoni jew is-sostituzzjoni ta’ magni prinċipali jew anċillari ta’ bastimenti tas-sajd jew għal operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment jew tagħmir li jżid il-ħila ta’ bastiment li jsib il-ħut jew kwalunkwe operazzjonijiet ineliġibbli taħt ir-Regolament tal-FEMS;
ma tistax taqbeż il-limitu ta' €30,000 għal kwalunkwe perjodu ta' tliet snin tat-taxxa.

Il-lista ta' kundizzjonijiet mhix eżawrjenti.

L-istati membri għandhom jimplimentaw miżuri ta' kontroll, li jagħmluha possibbli jivverifikaw li r-regoli ġew imħarsa.

Dokumenti ta’ referenza legali importanti fis-settur