Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
Sustainable Fisheries Partnership Agreements (SFPAs) aim to create a partnership to promote sustainable fisheries, based on the best available scientific advice. Therefore, a Joint Scientific Committee (JSC) of highly qualified scientific experts needs to be established in each SFPA, assuring that management measures are based on the best scientific advice available.
The European Commission has today adopted a key investment package for the Latvian fisheries and aquaculture sector worth almost €184m, including €139m of EU investments.

Il-baċiri tal-baħar

L-Ewropa hi mdawra b'oċeani u ibħra differenti. L-UE għandha kważi 70,000 km ta' kosta. Kważi nofs iċ-ċittadini kollha tal-UE jgħixu f'distanza ta' 50 km mill-baħar. Kważi 40% tal-PGD tal-UE jiġi mir-reġjuni marittimi, u 90% tal-kummerċ barrani tal-UE jsir bil-baħar.

Biex titqajjem il-kuxjenza dwar l-oċeani u l-ibħra tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat Atlas Ewropew tal-Ibħra għal kull min hu interessat fid-dinja marittima u l-wirt marittimu komuni tagħna. Biex tkun taf aktar dwar l-aspetti tar-reġjuni marittimi tiegħek, ikklikkja fuq il-links hawn taħt.

Il-Baħar Baltiku

Mappa tar-reġjun tal-Baħar Baltiku

Il-Baħar Baltiku hu kważi għal kollox magħluq u, ħlief f'ċerti żoni, hu baxx. L-ilmijiet tiegħu jiġġeddu bil-mod ħafna. L-estremitajiet tat-Tramuntana u tal-Grigal tiegħu huma ffriżati għal parti tas-sena u l-livell tal-melħ hu baxx ħafna. Ġabra ta' fatti (Atlas)

Baħar tat-Tramuntana

Baħar tat-Tramuntana

Il-Baħar tat-Tramuntana hu kważi magħluq u baxx, ħlief fil-ponta tat-Tramuntana. L-ekosistema tiegħu qed issir dejjem iżjed fraġli minħabba l-attività umana intensa, sew max-xatt u sew fil-baħar. Ġabra ta' fatti (Atlas)

L-Ibħra Ċeltiċi

L-Ibħra Ċeltiċi

L-Ibħra Ċeltiċi jinkludu l-Kanal Ingliż, il-Baħar Irlandiż, il-Baħar Ċeltiku u l-ibħra fil-Punent tal-gżejjer Brittaniċi.

Din iż-żona fejn jaħkem ħafna riħ minn dejjem kienet żona ta' tbaħħir b'ħafna mill-vapuri tal-merkanzija li jivjaġġaw bejn il-Lvant u l-Punent. Ġabra ta' fatti (Atlas) Deutsch (de) English (en) français (fr)

Il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja

Il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja

Il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja jibdew min-Nofsinhar tal-Brittanja u jibqgħu sejrin san-nofsinhar ta' Spanja. Jagħmlu parti mir-rotta li tgħaqqad il-Kanal Ingliż mal-Mediterran u l-Afrika. Ir-reġjun hu l-benniena tal-poter marittimu tal-Ewropa. Ġabra ta' fatti (Atlas) Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) português (pt)

Il-Mediterran

Il-Mediterran.

Għalkemm kważi għal kollox magħluq, il-baħar Mediterran hu pjuttost fond (fond medju: 1,500m). Il-frugħ u l-mili tal-baħar ftit li xejn ivarja, b'livelli ta' inqas minn 50 cm f'ħafna postijiet. Ġabra ta' fatti (Atlas)

Il-Baħar l-Iswed

Il-Baħar l-Iswed.

Għalkemm kważi magħluq għal kollox, il-Baħar l-Iswed hu pjuttost fond. B'livelli baxxi ta' ossiġenu, l-ilma jifforma ambjent estremament vulnerabbli. Ġabra ta' fatti (Atlas) български (bg) Deutsch (de) English (en) français (fr) română (ro)

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE.

Bl-eċċezzjoni tal-Guiana Franċiża, dawn ir-reġjuni huma gżejjer jew gruppi ta' gżejjer f'nofs l-oċean. Għalkemm żgħar, jagħtu lill-UE meddiet vasti ta' oċean tropiku u sub-tropiku. Ġabra ta' fatti (Atlas) Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) português (pt)

L-Oċean Artiku

Mappa tal-Oċean Artiku.

L-Oċean Artiku jikkonsisti f'żona marina vasta ċċentrata fuq il-Pol tat-Tramuntana. Bl-ibħra li jmissu miegħu, jagħmel fruntiera mal-kosti tat-Tramuntana tal-Ewropa, l-Ażja u l-Amerika. Ġabra ta' fatti (Atlas)