Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd

Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd

Il-Politika Komuni ġdida tas-Sajd mill-1 ta’ Jannar 2014

Politika komuni tas-sajd (PKS) ġdida  ġiet miftiehma mill-Kunsill u l-Parlament u hija effettiva mill-1 ta’ Jannar 2014. Il-PKS il-ġdida għandha l-għan li treġġa’ lura l-istokkijiet tal-ħut għal-livelli sostenibbli, ittemm prattiki tas-sajd ħalja, u toħloq opportunitajiet ġodda għall-impjiegi u t-tkabbir f’żoni kostali. Biex dan jintlaħaq, jiffoka fuq il-projbizzjoni tar-rimi fil-baħar, li tagħti s-setgħa lis-settur u d-deċentralizzazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-appoġġ, prijoritizzazzjoni tal-akkwakultura sajd fuq skala żgħira, it-titjib tal-għarfien xjentifiku dwar l-istat tal-istokkijiet, u t-teħid ta’ responsabbiltà f’ilmijiet barranin permezz tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE.

Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd huwa strument ta’ finanzjament li se jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata (PKS) u jagħti spinta lill-Ekonomija Blu tal-Ewropa. Fil-25 ta' Jannar, intlaħaq ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) 2014-2020. Dan il-Ftehim huwa pass kruċjali sabiex il-FEMS jidħol fis-seħħ aktar tard din is-sena meta l-Parlament Ewropew jadotta t-testi f’April 2014.

Il-FEMS se jappoġġja l-bini mill-ġdid tal-istokkijiet tal-ħut, inaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, u l-eliminazzjoni progressiva ta’ prattiki ħalja tar-rimi. Se jingħata appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira, lis-sajjieda żgħażagħ u lis-sajd lokali. Se jsaħħaħ l-innovazzjoni, jgħin lil komunitajiet jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom, jiffanzja proġetti li joħolqu impjiegi ġodda u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ mal-kosti Ewropej. Il-Fond se jappoġġja wkoll l-akkwakultura Ewropea sabiex tkun tista’ tiżviluppa bis-sħiħ il-potenzjal tagħha.