Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
EU Ministers have reached agreement on fishing opportunities for 2015 in the Atlantic, North Sea and Black Sea following lengthy discussion at the Agriculture and Fisheries Council on the 15th and 16th December. Karmenu Vella, the EU's Commissioner for Environment, Maritime Affairs and Fisheries, presented the Commission's proposals based for the first time on the new Common Fisheries Policy (CFP) which aims to have all stocks fished at sustainable levels.

L-ispnott Ewropew

L-ispnott, li hija ħuta li tgħix qrib il-kosti u l-estwarji mogħnija bil-mikroorganiżmi, ilha għal żmien twil imrobbija permezz tal-akkwakultura tradizzjonali. Il-ħut kien jitħalla jidħol f’għadajjar jew laguni mibnija (spiss salini) u l-aċċess kien jingħalaq. Dan huwa l-prinċipju tal-vallikultura Taljana u tal-esteros tan-Nofsinhar tal-Ispanja, li għadhom attivi. L-ispnott maqbud kien jiekol b’mod naturali sakemm jinġabar, iżda bl-iżvantaġġ li l-aptit tiegħu kien spiss jeżawrixxi l-ekosistema tal-laguna. F’ċerti postijiet, kienu jkunu l-frieħ maqbuda mis-sajjieda lokali li kienu jgħixu f’dawn l-għadajjar. Iżda fis-sittinijiet, l-iskarsezza tal-frieħ, l-istess bħal fil-każ tal-iżvilupp tal-akkwakultura tas-salamun fit-Tramuntana tal-Ewropa, wassal lix-xjenzati tal-Mediterran sabiex jiżviluppaw proċess ta’ trobbija intensiva li tibbaża fuq l-iżvilupp

L-ispnott Ewropew © ScandFish
Isem bil-LatinDicentrarchus labrax
Produzzjoni (UE-27) – 57 893 t (2007); 92 % tal-produzzjoni dinjija.
Valur (UE-27) – 304 miljun € (2007).
Pajjiżi produtturi ewlenin fl-UE – il-Greċja, Spanja, l-Italja, Franza.
Pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja – il-Greċja, it-Turkija, Spanja, l-Italja, Franza, il-Kroazja.
Skeda informattiva pdf - 515 KB [515 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Riproduzzjoni

Ir-riproduzzjoni tal-ispnott hija kollha kemm hi kkontrollata fil-mafqas, li tibda minn ġenituri magħżula fl-irziezet.

Biex jittawwal iċ-ċiklu ta’ riproduzzjoni tal-ispnott tintuża t-teknika tal-fotomanipulazzjoni, li tikkonsisti fl-induzzjoni tal-imġiba sesswali staġjonali tal-ispeċi billi jiġi varjat it-tul tad-“dawl tax-xemx” artifiċjali. Il-bajd, iffertilizzat mir-raġel, jinġabar f’wiċċ l-għadira riproduttiva u jitpoġġa f’għadajjar ta’ inkubazzjoni fejn ifaqqsu wara 48 siegħa. Il-larvi jiġu ttrasferiti f’għadajjar ta’ trobbija.

Trobbija

Il-ħażna tal-ispnott bi tħejjija għal trobbija intensiva ssegwi proċess ikkumplikat li kien soġġett għal programmi twal ta’ riċerka xjentifika matul is-snin sittin u sebgħin.

Kienet il-finalizzazzjoni tagħha li wasslet għall-bidu tal-akkwakultura tal-ispnott (u wkoll tal-awrat) fil-Mediterran fis-snin tmenin. Il-maqfas għandu aspetti tekniċi ħafna u jeħtieġ persunal b’livell għoli ta’ taħriġ: ikun jeħtieġ li jiġu żgurati l-aħjar kondizzjonijiet għat-tkabbir tal-larvi, jiġi żgurat l-aħjar tħaddim tas-sistema tar-riċirkolazzjoni, jiġi prodott l-ikel, eċċ. Dan wassal għal speċjalizzazzjoni ta’ din l-ewwel fażi tal-proċess ta’ trobbija. Għalkemm jeżistu każijiet ta’ integrazzjoni vertikali, il-mafqsiet Ewropej huma ġeneralment indipendenti u jbiegħu il-friegħ lill-irziezet tat-tkabbir. It-trobbija ssir ġeneralment fi tliet fażijiet:

It-tkabbir tal-larvi – Il-larva titlef l-isfar tal-bajda 6 ijiem wara li tfaqqas. Huwa f’dan il-mument li tirċievi ikel speċifiku ħafna, l-ewwel ibbażat fuq alka u rotiferi (żooplankton mikroskopiku), imbagħad, meta d-daqs tagħha jippermetti, abbażi ta’ artemja (krustaċju żgħir li jgħix fil-laguni, fid-deltas u fl-estwarji). Dan l-ikel ħaj dejjem jiġi prodott fil-mafqas.

Il-ftim – Wara 40 sa 50 jum, il-larva tiġi ttrasferita fit-taqsima tal-ftim fejn bil-mod il-mod tiġi mdorrija tiekol ikel b’livell għoli ta’ proteini, l-aktar abbażi ta’ żejt u dqiq tal-ħut. Mogħti f’forma ta’ gerbub żgħir ħafna, dan l-ikel jixbah ħafna lil dak li l-ispnott ikompli jingħata tul it-trobbija tiegħu. Hija din id-dieta ta’ proteini, kif ukoll il-kwalità tal-ilma, li tiżgura l-massimu tat-tkabbir u s-sopravvivenza tal-larvi matul dawn l-ewwel xhur kruċjali.

It-tkabbir tal-frieħ – 3 sa 4 ġimgħat wara, il-frieħ jittieħdu fit-taqsima tat-trobbija tal-ħut żgħir. Hemmhekk, jingħataw ikel f’forma ta’ gerbub sakemm jilħqu, madwar xahrejn wara, il-piż ta’ 2 sa 5 grammi li jippermettilhom jgħaddu għar-razzett tal-ftim.

Simna

Ix-xiri tal-frieħ għall-mafqsiet jirrappreżenta wieħed mill-akbar investimenti rikorrenti tal-irziezet tat-tkabbir.

L-alimentazzjoni ssir f’gaġeġ f’wiċċ l-ilma installati ftit ’il bogħod mill-kosta, għall-inqas għall-parti l-kbira tal-produzzjoni Ewropea (jiġifieri fil-Mediterran u fil-ġżejjer Kanarji). Hemm ukoll irziezet li jrabbu l-ispnott f’għadajjar fuq l-art, ġeneralment ipprovduti b’sistema ta’ riċirkolazzjoni, li jippermetti li tkun ikkontrollata t-temperatura tal-ilma u li jitkabbar spnott f’latitudnijiet aktar għoljin. L-ispnotti jingħataw gerbub magħmul l-aktar minn żejt u dqiq tal-ħuta, iżda wkoll minn estratti tal-pjanti. Fil-libertà, l-ispnott jista’ jilħaq tul ta’ metru u piż ta’ 12-il kilogramma, iżda l-ispnott imrobbi jinġabar u jinqatel ġeneralment meta jilħaq it-300 sa 500 g, li jieħu sena u nofs sa sentejn skont it-temperatura tal-ilma. Biex inkunu għidna kollox, jeħtieġ li nsemmu l-persistenza ta’ xi rziezet semi-intensivi, li ġejjin mill-akkwakultura estensiva tradizzjonali, li fihom il-laguni u l-għadajjar tal-kosta huma miżgħuda bi frieħ tal-mafqsiet, mitmugħa b’ikel industrijali supplimentari.

Konsum

Wara l-qatla, l-ispnott tal-irziezet ġeneralment jinbiegħ frisk u mnaddaf, l-aktar permezz tas-supermarkits u r-ristoranti.