Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
The EU and Canada today signed a Joint Declaration on illegal, unreported and unregulated (IUU) fishing, sending a strong message of zero tolerance towards such criminal activities. The declaration was signed by Karmenu Vella, EU Commissioner for Environment, Fisheries and Maritime Affairs, and the Canadian Minister of Fisheries Oceans and the Canadian Coast Guard, Hunter Tootoo.
Many Mediterranean fish stocks are in a worrying state, with alarming consequences for income and jobs in the Mediterranean fishing sector. To highlight the need for action, European Commissioner for Fisheries and Maritime Affairs, Karmenu Vella, yesterday launched the campaign #MedFish4Ever. More than 80 representatives from EU institutions, European regions, business, and NGOs gathered at the European Commission stand at the Seafood Global Expo in Brussels for the launch event.
Concerned with the steep decline of fish stocks in the Mediterranean, on 27 April Commissioner for the Environment, Maritime Affairs and Fisheries Karmenu Vella hosted a high level Ministerial meeting with fisheries ministers from countries bordering the Mediterranean. Nineteen out of twenty-two riparian countries were represented, as well as GFCM (General Fisheries Commission for the Mediterranean), FAO and MEDAC (Mediterranean Advisory Council).

Il-masklu blù u l-masklu tal-Mediterran

Il-masklu huwa l-ewwel industrija tal-frott tal-baħar iċċertifikata fl-Ewropa: trobbija fuq arbli tal-injam hija msemmija fi Franza fl-1235.Minndak iż-żmien, l-industrija tal-maskli nxterrdet fiż-żona kollha tad-distribuzzjoni tal-ispeċi, jiġifieri fil-kosta Ewropea kollha. L-ewwel il-kosta tal-Atlantiku bil-masklu blù, imbagħad il-kosta Atlantika Iberika u l-Mediterran bil-masklu tal-Mediterran, li jitrabba sal-Baħar l-Iswed. It-tekniki differenti tat-trobbija ġew ipperfezzjonati sal-aħħar tas-seklu dsatax, żmien ta’ żvilupp tat-trobbija tal-maskli bħala sors mhux għali ħafna ta’ proteini. Il-masklu għalhekk sar ikla komuni ħafna fl-Ewropa tal-Punent.

Il-masklu blù u l-masklu tal-Mediterran © ScandFish
Isem bil-LatinMytilus edulis (masklu blù)
Produzzjoni (UE-27) – 175 934 t (2007); 86% tal-produzzjoni dinjija.
Valur (UE-27) – 231 miljun € (2007).
Pajjiżi produtturi ewlenin fl-UE – Franza, l-Olanda, l-Irlanda, ir-Renju Unit.
Pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja – Idem.

Skeda informattiva pdf - 2 MB [2 MB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Qbid

Iż-żewġ speċi Ewropej ta’ maskli jitrabbew fl-ambjent naturali tagħhom. Bejn Marzu u Ottubru skont il-latitudni, il-masklu jipproduċi larvae li jitkaxkru bil-kurrent.

F’inqas minn 72 siegħa, dawn il-larvae jikbru u, peress li ma jkunux jistgħu jżommu fil-wiċċ, isibu punti fejn jistgħu jeħlu fuq appoġġi diversi. Kontra għal dak li jagħmlu l-gajdri, il-maskli ma jeħlux direttament iżda permezz ta’ filamenti bl-isem byssus. Il-metodu ta’ qbid tal-larvae l-aktar li jintuża huwa l-ħabel, li jitpoġġa f’post magħżul skont il-kurrenti u r-rikkezza f’mikro-organiżmi. Bejn Mejju u Lulju, dawn il-ħbula jinġabru u jiġu ttrasferiti fiż-żoni ta’ trobbija proprja. F’ċerti ibħra li jkunu kesħin wisq, il-qbid tal-larvae tal-maskli ma jistax isir u għalhekk il-maskli żgħar jinġabru mir-riżorsi naturali.

Trobbija

Jkun xi jkun il-metodu li jintuża, it-trobbija tal-maskli ssir dejjem fiż-żoni fejn ikun hemm ħafna plankton.

Il-masklu fil-fatt naturalment jgħix fuq dawn il-mikro-organiżmi billi jiffiltra l-ilma tal-baħar b’mod kontinwu. Il-proċess mit-trobbija sal-ħsad idum bejn wieħed u ieħor sena. Hemm erba’ metodi li jintużaw fil-kosta Ewropea:

Fuq iċ-ċatt jew permezz tat-tixrid (l-aktar fl-Olanda) – Il-maskli żgħar jinxterrdu fuq sikek mhux fondi ħafna, b’mod ġenerali f’bajjiet jew postijiet fil-kenn u dawn jeħlu mal-art. Il-ħsad isir bit-tkarkir b’bastimenti adattati apposta.

Fuq arbli (imseħjin bouchots fi Franza) – Din it-trobbija ssir fuq fillieri ta’ arbli tal-injam impoġġija fiż-żona tal-kosta. Minn 3 sa 5 m ta’ ħbula tal-qbid jew tajers mimlijin b’larvae jitwaħħlu madwar l-arblu. Xibka tgħatti l-istruttura kollha sabiex jiġi evitat li l-maskli jaqgħu sakemm ikunu qegħdin jikbru fuq l-arblu. Il-ħsad isir permezz ta’ raxkatura manwali jew mekkanika, operazzjoni li tikkonsisti fit-tneħħija tal-għanqud ta’ maskli mill-appoġġ tiegħu tal-injam.

Fuq ħbula (fi Spanja u fil-Mediterran) – Il-maskli jitwaħħlu fuq ħbula li jiddendlu vertikalment fl-ilma minn struttura fissa jew li tgħum fil-wiċċ. Din it-teknika hija adattata għall-ibħra b’marea baxxa bħall-Mediterran, iżda qiegħda tibda tiġi applikata fl-Oċean Atlantiku bl-iżvilupp tat-trobbija tal-maskli ’l barra mill-kosta, bħal fi Franza, fl-Irlanda u fil-Belġju. Il-ħsad isir permezz ta’ tneħħija tal-għanqud, wara li jinġibed il-ħabel mill-ilma.

Fuq imwejjed – F’ċerti postijiet, il-maskli jitrabbew bħall-gajdri, f’kontenituri fuq imwejjed imwaħħlin fiż-żona intermarea jew direttament mal-art.

Konsum

Il-masklu ġeneralment jittiekel imsajjar, iżda jittiekel ukoll nej, bħall-gajdra. Dan jinbiegħ l-aktar ħaj, iżda jinbiegħ ukoll fil-forma ta’ prodotti pproċessati, fil-laned jew immarinat.