Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
The setting of Total Allowable Catch for NAFO fish stocks will take centre stage at the 36th Annual Meeting to be held in Vigo, Galicia from 22-26 September 2014.
Since 14 September 2014, eight shark and ray species have received extra protection from unsustainable trade. They have been listed under the Convention on International Trade in Endangered Species (CITES) and now have to be accompanied by export or import permits issued by EU countries when they enter or leave the EU market.

Is-sallura Ewropea

Is-sallura minn dejjem kienet imfittxija fil-gastronomija Ewropea, mill-Baħar l-Abjad sal-Baħar l-Iswed. Għalhekk ilha għal żmien twil soġġetta għal trobbija tradizzjonali estensiva li tikkonsisti fiż-żamma ta’ salluri maqbuda ġo għadajjar. Il-vallikultura Taljana ilha għal żmien twil iċ-ċentru tal-produzzjoni tas-sallura fl-Ewropa. Iżda l-ispeċi qiegħda tonqos. Hija mniżżla bħala mhedda serjament fuq il-lista l-Ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) u mill-2007, tinsab fi pjan Ewropew ta’ rkupru. Minħabba li fil-preżent is-sallura ma tirripproduċix meta tkun maqbuda, il-produzzjoni tal-akkwakultura tiddependi fuq il-qbid taż-żgħar li jkomplu jikbru fi trobbija intensiva, f’sistemi ta’ riċirkolazzjoni, l-aktar fl-Olanda, fid-Danimarka u fl-Italja.

Is-sallura Ewropea © ScandFish

Isem bil-LatinAnguillaanguilla
Produzzjoni (UE-27) – 8 164 t (2007); 97 % tal-produzzjoni dinjija.
Valur (UE-27) – 73 miljun € (2007).
Pajjiżi produtturi ewlenin fl-UE – l-Olanda, id-Danimarka, l-Italja.
Pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja – Idem + iċ-Ċina, il-Ġappun.

Riproduzzjoni

Is-sallura ma tirripproduċix meta tkun maqbuda. Ta min jgħid li din tgħix biss fix-xmajjar, fil-lagi u fl-għadajjar Ewropej meta tkun għadha żgħira. Meta jilħqu l-maturità sesswali (6 sa 12-il sena għall-irġiel u 9 sa 18-il sena għan-nisa), huma jerġgħu lura għall-post uniku fejn jitwieldu: il-baħar ta’ Sargasso, fl-oċean Atlantiku ’l barra minn Florida (Stati Uniti), fejn jirripproduċu u minn fejn ma jerġgħux lura.

Il-larvi tagħhom jibqgħu hemmhekk minn sena għal sentejn, imbagħad jinġarru mix-Xmara tal-Golf sal-kosti Ewropej fejn huma jaslu wara vjaġġ ta’ 200 sa 300 jum. Il-wasla tagħhom isseħħ bejn il-bidu tax-xitwa fin-Nofsinhar tal-Ewropa sal-bidu tas-sajf ta’ wara fit-Tramuntana. Hawnhekk jinbidlu f’sallur tal-ħġieġ, sallur żgħir trasparenti minn 6 sa 12-il ċentimetru. Huma jibqgħu fl-estwarji fejn jieklu l-plankton. Bil-mod il-mod imbagħad jikkolonizzaw ix-xmajjar, il-lagi u l-għadajjar tal-pjanura fejn isiru sallur isfar.

Trobbija

Il-frieħ tas-sallur jinqabad meta jkun għadu sallur tal-ħġieġ (trasparenti), fl-estwarji tal-Portugall, ta’ Spanja, ta’ Franza u tar-Renju Unit. Dan is-sajd huwa regolamentat mill-pjan ta’ rkupru Ewropew tal-2007 li jimponi li proporzjon imdaqqas tas-sallur tal-ħġieġ (60% mill-2013) ikun intenzjonat għal programmi ta’ ripopolazzjoni tal-ekosistema selvaġġa.

Meta jaslu għand dawk li jrabbu, il-frieħ tas-sallur iqattgħu xi ġimgħat fi kwarantina u eventwalment jirċievu kura f’każ ta’ mard. Huma jingħataw ikel naturali (pereżempju bajd tal-ħut) u bil-mod il-mod jiġu miftuma b’ikel u żejt tal-ħuta. Meta jilħqu l-piż ta’ 5 g, jiġu ttrasferiti f’għadajjar ta’ tnissil taż-żgħar fejn jirċievu għalf taħt forma ta’ gerbub żgħir tal-ikel tal-ħut u estratti tal-pjanti.

Simna

Meta jkunu jiżnu 50 g, jiġu ttrasferiti, jew f’għadajjar ta’ trobbija estensivi, kif ukoll f’għadajjar kbar ta’ trobbija intensiva li jaħdmu b’teknoloġija ta’ riċirkolazzjoni. F’kull każ, jingħataw għalf artifiċjali f’forma ta’ gerbub xott ta’ ikel tal-ħut u pjanti. Is-sallur għandu l-iżvantaġġ li għandu rata ta’ tkabbir li tvarja ħafna minn individwu għal ieħor.

Għalhekk ikollha ssir kategorizzazzjoni regolari li tiġbor l-individwi tal-istess daqs fl-istess għadajjar. Iridu jgħaddu minn sentejn sa tliet snin biex jinkisbu individwi ta’ daqs adult lesti għall-kummerċ… jew għall-introduzzjoni mill-ġdid fl-ekosistema. Ta min jinnota li t-trobbija fil-preżent għandha rwol fundamentali fir-ripopolazzjoni tax-xmajjar, taħt sorveljanza xjentifika.

Konsum

Is-sallura, li hija preżenti fil-gastronomiji Ewropej kollha, tittiekel f’diversi forom u hemm varjetà enormi ta’ riċetti li jużawha. Wara l-qatla, is-sallur jgħaddi għat-taqsima tal-ipproċessar, li spiss isir fl-istess post tal-akkwakultura, fejn jitnaddaf u jitqatta’, imbagħad jinbiegħ frisk jew lest (affumikat, immarinat, imsajjar, f’biċċiet, maqtugħ flieli flieli, ippreżervat jew iffriżat).