Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
The EU and Mozambique met in Maputo, Mozambique, on 9-11 July 2014, to launch negotiations on the renewal of the Protocol to the Sustainable Fisheries Partnership Agreement due to expire on 31 January 2015. The negotiations were conducted in an open and frank atmosphere with progress made on identifying the areas where there was agreement and those where further work is required.
The European Commission is looking for organisations to join the recently established structured dialogue group of experts on the European Structural and Investment Funds (ESIF). Among others areas, this is particularly relevant for the Common Fisheries Policy and the Integrated Maritime Policy, through the European Maritime and Fisheries Fund (EMFF).

Il-merluzz

Il-merluzz jokkupa post importanti fil-kulturi gastronomiċi Ewropej. Minkejja d-diffikultajiet ta’ provvisti marbuta mat-tnaqqis ta’ ċerti stokkijiet selvaġġi, dejjem jibqa’ s-suġġett ta’ domanda kbira. It-trobbija tiegħu tidher għalhekk bħala opportunità kummerċjali interessanti. Sa mis-snin tmenin, ix-xjenzati Norveġiżi ffukaw fuq it-tkattir tal-merluzz. B’mod parallel ma’ dan, in-Norveġiżi li jrabbu s-salamun, fit-tfittxija tagħhom għad-diversifikazzjoni, bdew isemmnu l-merluzz selvaġġ maqbud fil-baħar, biex b’hekk irfinaw it-tekniki tal-ikel. Iżda kien fis-sena 2000, bl-ewwel produzzjoni tal-ħut żgħir fil-mafqsiet, li l-akkwakultura tal-merluzz bdiet tassew, l-aktar fin-Norveġja. Iżda l-ewwel frott ta’ din l-attività nibet, b’xi ftit jew wisq suċċess, fl-Iskozja u fl-Irlanda, minn dawk li jkabbru s-salamun u li ħadu vantaġġ mix-xebh tat-tekniki ta’ alimentazzjoni taż-żewġ speċi.

Il-merluzz © ScandFish
Isem bil-LatinGadus morhua
Produzzjoni (UE-27) – 2 560 t (2007); 21 % tal-produzzjoni dinjija.
Valur (UE-27) – 9,2 miljun € (2007).
Pajjiżi produtturi ewlenin fl-UE – l-Irlanda, ir-Renju Unit.
Pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja – in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Irlanda, ir-Renju Unit.

Riproduzzjoni

Ir-riproduzzjoni tal-merluzz issir f’mafqsiet, b’ġenituri maqbuda fil-baħar. L-irġiel u n-nisa jitpoġġew fl-istess għadira. Iċ-ċiklu ta’ riproduzzjoni jinħoloq b’mod artifiċjali permezz tal-fotomanipulazzjoni, teknika li tikkonsisti fl-induzzjoni tal-imġiba sesswali staġjonali tal-ispeċi billi jiġi varjat it-tul tad-“dawl tax-xemx” artifiċjali.

Fatt li jippreżenta l-vantaġġ li jiġu prodotti bajd u ħut matul is-sena kollha. Il-bajd, iffertilizzat b’mod naturali mill-irġiel, jinġabru f’wiċċ l-għadira riproduttiva. Dawn jitpoġġew f’inkubatur li jkun fih ilma tal-baħar f’temperatura ta’ madwar 5 °C b’kurrent ’il fuq. Huma jfaqqsu wara 12 sa 14-il jum.

Trobbija

Fin-natura, il-mara tagħmel miljun bajda b’rata baxxa ħafna ta’ sopravvivenza, minħabba l-predazzjoni ta’ speċi oħrajn, il-kannibaliżmu tal-merluzz, id-dieta speċifika tal-frieħ u s-sensittività tagħhom għall-infezzjonijiet, għall-kurrenti tal-baħar, għall-kwalità tal-ilma u t-temperatura tiegħu (differenti skont il-fażi ta’ evoluzzjoni), eċċ.

It-trobbija tal-merluzz tikkonsisti għalhekk f’li wieħed jilħaq livell ta’ sofistikazzjoni teknika li jippermetti li jonqos l-impatt ta’ dawn il-parametri, b’mod li jintlaħaq livell ta’ sopravvivenza industrijalment aċċettabbli.

It-tkabbir tal-larvi – 3 jew 4 t’ijiem wara li jfaqqsu, il-larvi (0,2 mg) jkunu kielu l-isfar tal-bajda u jiġu trasferiti f’għadajjar “tal-ewwel ikel” mimlija b’ilma tal-baħar f’temperatura ta’ 11 °C b’kurrent kontinwu. Huma jingħataw rotiferi (żooplankton mikroskopiku prodott fil-mafqas) għal madwar xahrejn, sakemm jilħqu l-piż ta’ 0,2 g.

Il-mixtla – Il-frieħ jiġu mbagħad ttrasferiti f’għadajjar akbar, filwaqt li jibqgħu jibbenefikaw minn kurrent kontinwu ta’ ilma tal-baħar. Għal madwar xahrejn, jinfatmu b’ikel inert b’ammont kbir ta’ proteini, taħt forma ta’ trab fin agglomerat (xi kultant ukoll b’artemja prodotti fil-mafqas). Huma jitlaqqmu wkoll, b’mod speċjali kontra l-vibriosis, li tista’ tikkawża mortalità kbira fl-ispeċi. Minn dan l-istadju, proċess mekkaniku jagħżel kontinwament il-merluzz żgħir, li jiġu sseparati skont id-daqs (kategorizzazzjoni), minħabba li l-kbar għandhom tendenza li jieklu liż-żgħar.

It-tkabbir tal-frieħ – Meta jkunu jiżnu 2 g, il-frieħ jitpoġġew f’għadajjar kbar fejn jingħataw gerbub magħmul minn ikel u żejt tal-ħuta kif ukoll supplimenti ta’ proteini tal-pjanti. Meta jilħqu madwar 30-40 g, jitlaqqmu permezz ta’ injezzjoni kontra l-infezzjonijiet batteriċi. Il-kategorizzazzjoni tkompli biex titnaqqas il-mortalità minħabba l-kannibaliżmu. Il-merluzz żgħir jibqa’ f’dawn l-għadajjar kbar għal 5 sa 10 xhur, sakemm jilħaq il-piż ta’ bejn il-50 sa 200 g. Il-piż ta’ trasferiment fil-gaġġa jiddependi fil-fatt mit-temperatura tal-ilma, mill-istaġun, mid-daqs tal-gaġġa u tal-ixbiek, eċċ.

Simna

L-alimentazzjoni ssir f’gaġeġ f’wiċċ l-ilma tal-istess tip bħal dawk li jintużaw għas-salamun jew f’għadajjar fuq l-art li jużaw sistema ta’ riċirkolazzjoni. Il-merluzz jingħata gerbub magħmul minn dqiq u minn żejt tal-ħuta u estratti tal-pjanti. Il-merluzz jinqabad u jinqatel meta jilħaq il-piż ta’ 3 sa 4 kg, jiġifieri wara madwar sentejn ta’ tismin.

Konsum

Ladarba jinqatel, il-merluzz jittieħed f’taqsima ta’ pproċessar li tbiegħu frisk, imnaddaf u mqatta’.

L-akkwakultura tal-merluzz żviluppat fin-Norveġja, fejn bosta Norveġiżi li jkabbru s-salamun investew f’dan is-suq f’diversi forom: b’gaġeġ fil-baħar, f’għadajjar fuq l-art, normali, bijoloġika, eċċ. L-attività qiegħda tiżviluppa fl-Iżlanda, fil-gżejjer ta’ Feroe u fil-Kanada. Fl-Unjoni Ewropea, sar esperiment fuq skala kbira fil-gżejjer Shetland (Renju Unit) li rriżulta f’falliment finanzjarju fl-2008. Bħalissa jeżistu żviluppi ġodda fl-Irlanda u fl-Iskozja. Il-futur ta’ din l-attività jiddependi ħafna fuq l-evoluzzjoni tal-provvista ta’ merluzz mis-sajjieda tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Arktiku.