Mogħdija tan-navigazzjoni

Fittex
Abbona fin-newsletter elettronika tagħna
European Market Observatory for Fisheries and Aquaculture Products
Kontenut relatat
Aħbarijiet
DG Employment, Social Affairs and inclusion has launched an online public consultation on health and safety at work on 31 May. It will run until 26 August.
New publication on-line

Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza

Riċevituri ta' fondi mill-UE

Iċ-ċittadini Ewropej għandhom dritt ikunu jafu kif jintefqu flushom. Wieħed mill-għanijiet tal-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza hu li l-informazzjoni dwar min jirċieivi l-finanzjament tal-UE tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) u l-predeċessur tiegħu, l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (SFGS), huma ġestiti mill-awtoritajiet nazzjonali taħt is-sistema magħrufa bħala "ġestjoni maqsuma". Kull sena, il-pajjiżi li jirċievu dan il-finanzjament għandhom jippubblikaw tal-anqas din l-informazzjoni:

  • l-ismijiet tal-benefiċjarji li ngħataw l-għajnuna mill-FES jew l-SFGS wara l-1 ta' Mejju 2007
  • l-isem tal-operazzjoni li qed tiġi ffinanzjata
  • l-ammont ta' finanzjament pubbliku allokat għal dik l-operazzjoni.

Avviż importanti

Fid-9 ta' Novembru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ordnat (fil-każijiet konġunti C-92/09 u C-93/09) li l-ismijiet tal-benefiċjarji ta' fondi tal-UE li huma persuni fiżiċi ma għandhomx jiġu ppubblikati.

Għalhekk il-listi tal-benefiċjarji ppubblikati fil-websajts nazzjonali mhumiex se jinkludu aktar l-ismijiet ta' individwi. Il-Kummissjoni qed taħdem fuq l-emendi legali neċessarji biex tikkonforma ma' din l-ordni.