Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
The European Commission welcomes Morocco’s ratification of a Fisheries Protocol which is set to open the door for European vessels to go back fishing in Moroccan waters after a pause of more than two years. The European Union and Morocco had concluded the 4-year fisheries deal in December 2013, however its entry into force was pending ratification by Morocco.
The EU and Mozambique met in Maputo, Mozambique, on 9-11 July 2014, to launch negotiations on the renewal of the Protocol to the Sustainable Fisheries Partnership Agreement due to expire on 31 January 2015. The negotiations were conducted in an open and frank atmosphere with progress made on identifying the areas where there was agreement and those where further work is required.

L-organizzazzjoni tas-settur

Is-suq għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
L-organizzazzjonijiet fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi, li huma korpi approvati uffiċjalment stabbiliti minn produtturi tas-sajd jew tal-akkwakultura, għandhom rwol essenzjali fit-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq:

  • jiggwidaw lill-produtturi lejn sajd u akkwakultura sostenibbli,
  • jgħinuhom iqabblu l-provvisti mad-domanda tas-suq, u
  • jappoġġawhom fil-ħolqien tal-valur miżjud.

L-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, li jistgħu jiġu approvati wkoll minn awtoritajiet nazzjonali, għandhom għan doppju: it-tnejn għandhom l-istess rwol bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u jikkoordinaw l-organizzazzjonijiet membri tagħhom.

L-organizzazzjonijiet ta’ gruppi ta’ interess differenti fis-settur tas-sajd – magħrufa bħala “organizzazzjonijiet interprofessjonali” - jiġbru flimkien produtturi, proċessuri u kummerċjanti tal-ħut biex jimplimentaw miżuri li jibbenefikaw lis-settur kollu.

L-organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jiġu stabbiliti biex jikkoordinaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti speċijiet f’diversi pajjiżi tal-UE.

L-istrumenti tas-suq

L-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tiffoka l-aktar fuq is-sostenibbiltà permezz ta’ pjanijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni. Dawn huma l-istrument ewlieni innovattiv għall-ġestjoni kollettiva tal-attivitajiet tal-produtturi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistabbilixxu pjanijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni li jiffissaw il-miżuri speċifiċi biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.

Il-mekkaniżmu tal-ħżin huwa adattat għas-swieq nazzjonali. Jingħata bidu għalih minn sistema ta’ prezzijiet determinata mill-awtoritajiet b’konsultazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. Wara l-ħżin, il-prodotti jintbagħtu lura lejn is-suq għall-konsum uman.

Mappa: Organizzazzjonijiet tal-produtturi (ikklikkja l-mappa biex tiftaħ l-Atlas Ewropew tal-Ibħra)

Organizzazzjonijiet tal-produtturi