Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
Intervention by Karmenu Vella, European Commissioner for Environment, Maritime Affairs and Fisheries, at the Global Leadership in the Arctic: Cooperation, Innovation, Engagement and Resilience (GLACIER) conference in Anchorage, USA
EU Commissioner Karmenu Vella, responsible for Environment, Maritime Affairs and Fisheries, has travelled to Alaska this week, highlighting the strategic importance of the Arctic region as the Arctic Ocean becomes increasingly "ice-free" and accessible.

Organizzazzjoni tas-swieq

L-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, il-politika tal-UE għall-ġestjoni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, hi wieħed mill-pilastri prinċipali tal-Politika Komuni tas-Sajd.

L-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq issaħħaħ ir-rwol tal-atturi fuq fl-art: il-produtturi huma responsabbli biex jiżguraw l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi naturali u huma mgħammra bi strument biex jikkummerċjalizzaw aħjar il-prodotti tagħhom. Il-konsumaturi jirċievu aktar informazzjoni li tkun ta' kwalità aħjar dwar il-prodotti mibjugħa fuq is-suq tal-UE li, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, iridu jkunu konformi mal-istess regoli. B'riżultat ta' dawn l-għodod iddedikati, issa huwa possibbli li jkollna fehim aħjar ta' kif jaħdem is-suq tal-UE.

Illum, l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq imxiet 'il quddiem sew minn meta bdiet u hi strument flessibbli li jiżgura s-sostenibbiltà ambjentali u l-viabbiltà ekonomika tas-suq għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Il-ħames oqsma ewlenin koperti minn din l-iskema huma:

Organizzazzjoni tas-Settur L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma parteċipanti ewlenin fis-settur. Permezz tal-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tagħhom, huma jwasslu l-politika Komuni tas-Sajd tal-UE.

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni L-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni jistabbilixxu karatteristiċi uniformi għall-prodotti tas-sajd mibjugħa fl-UE, irrispettivament mill-oriġini tagħhom. Huma applikati skont il-miżuri ta' konservazzjoni u jgħinu fl-iżgurar ta' suq intern trasparenti li jforni prodotti ta' kwalità għolja.

Informazzjoni tal-konsumatur Ir-regoli dwar l-informazzjoni tal-konsumatur jistabbilixxu liema informazzjoni għandha tingħata lill-konsumatur jew fornitur tal-massa li jixtri prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Dawn jippermettu lill-konsumaturi jwettqu għażliet ta' xiri infurmati.

Regoli tal-kompetizzjoni L-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq hi suġġetta għar-regoli tal-kompetizzjoni. Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta' din l-iskema, jeżistu eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli biex jiżguraw il-funzjonament tal-politika u l-kisba tal-għanijiet tal-UE.

Intelliġenza tas-suq Il-Kummissjoni waqqfet l-Osservatorju Ewropew tas-Suq tal-Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura biex jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-effiċjenza fis-suq.

pdf - 282 KB [282 KB] Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) italiano (it)

UE: Għodod sostenibbli għall-Ikbar Suq tal-Frott tal-Baħar fid-Dinja. pdf - 282 KB [282 KB] Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) italiano (it)

Mistoqsijiet u tweġibiet

Kif tapplika r-Regolament (UE) 1379/2013 dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fil-Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura (OKS) English (en) français (fr)

Dokumenti uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1418/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1419/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-estensjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-pubblikazzjoni ta’ prezzijiet skattaturi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1420/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 347/96, (KE) Nru 1924/2000, (KE) Nru 1925/2000, (KE) Nru 2508/2000, (KE) Nru 2509/2000, (KE) Nru 2813/2000, (KE) Nru 2814/2000, (KE) Nru 150/2001, (KE) Nru 939/2001, (KE) Nru 1813/2001, (KE) Nru 2065/2001, (KE) Nru 2183/2001, (KE) Nru 2318/2001, (KE) Nru 2493/2001, (KE) Nru 2306/2002, (KE) Nru 802/2006, (KE) Nru 2003/2006, (KE) Nru 696/2008 u (KE) Nru 248/2009 wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-3 ta’ Marzu 2014 dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' Pjanijiet ta’ Produzzjoni u Kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

��