Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
The European Commissioner for Maritime Affairs and Fisheries Karmenu Vella welcomed the political agreement that the European Parliament and the Council of the EU have provisionally reached today to ensure the full implementation of the measures adopted by the General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM)
The members of South Indian Ocean Fisheries Agreement (SIOFA) achieved important progress in the meeting held in Mauritius last week.
The EU and Greenland have reached an agreement today on a new Protocol to implement the EU-Greenland Sustainable Fisheries Partnership Agreement, which will enter into force on 1 January 2016 for a period of 5 years.

Sajd barra l-UE

Iktar minn kwart tal-ħut li jinqabad mid-dgħajjes tas-sajd Ewropej jinqabad barra l-ibħra tal-UE. Madwar 8% tal-qabdiet tal-UE (2004-06) jaqgħu taħt ftehimiet tas-sajd ma' pajjiżi barra l-UE, filwaqt li 20% oħra jsiru f'ibħra internazzjonali, l-iktar f'reġjuni taħt ir-responsabbiltà tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

Peress li hi waħda mill-forzi tas-sajd ewlenin, u l-ikbar suq waħdieni għall-prodotti tas-sajd fid-dinja, l-UE għandha wkoll rwol importanti fil-promozzjoni ta' governanza aħjar permezz ta' numru ta' organizzazzjonijiet internazzjonali. Dan jinvolvi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika dwar il-ġestjoni tas-sajd u, b'mod iktar ġenerali, il-Liġi tal-Baħar. L-UE taħdem mill-qrib mal-imsieħba tagħha minn madwar id-dinja permezz tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluża l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikolutra (FAO), kif ukoll entitajiet oħra bħall-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD).

Kummerċ tal-prodotti tas-sajd

L-UE hi l-ikbar suq waħdieni tas-sajd fid-dinja u l-ikbar importatur nett ta' ħut u ta' prodotti tal-ħut.

Kull tliet snin, l-UE tistabbilixxi kwoti tariffarji awtonomi (KTA) għal ċertu ħut u prodotti tal-ħut. Il-KTA jippermettu li tiġi impurtata ċerta kwantità ta' prodott fl-UE b'rata tariffarja mnaqqsa - normalment, 0%, 4% jew 6%. Il-kwoti jgħinu wkoll biex tiżdied il-provvista tal-materja prima meħtieġa mill-industrija tal-ipproċessar tal-UE, fi żminijiet meta l-provvista tal-UE ma tkunx għolja biżżejjed biex tilħaq mad-domanda.