Parir xjentifiku dwar il-ġestjoni tas-sajd
Regoli tas-sajd tal-UE
Meta l-Kummissjoni tipproponi regoli u regolamenti ġodda għas-sajd, din toqgħod fuq żewġ entitajiet biex jipprovduha b'parir xjentifiku.
- Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku tas-Sajd
(STECF) ġie stabbilit fl-1993 biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tas-sajd. Il-membri tiegħu jinħatru mill-Kummissjoni. Il-Kumitat jirrapporta direttament lill-Kummissjoni. Ir-rapport annwali tiegħu jipprovdi l-bażi għall-proposti tal-Kummissjoni dwar it-TACs u l-kwoti. - Il- Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar(ICES) hu entità indipendenti mwaqqaf fl-1902 biex imexxi u jikkoordina r-riċerka fl-ekosistemi tat-Tramuntana tal-Atlantiku. Dan il-Kunsill jipprovdi pariri lil numru ta' gvernijiet u organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, inkluża l-UE.
Aqra iktar:

























