Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
Deadline for submission of proposals: 15/01/2015 – 17h00 Brussels' Time
The European Commission has today proposed fishing opportunities for 2015 for the Atlantic and the North Sea.
The European Commission has today adopted a series of discard plans as it gears up for the introduction of an obligation to land all catches on 1 January 2015.

Il-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut

The fishing net is controlled by fisheries inspectors.

Is-sajjieda jaqbdu l-ħut mill-istokkijiet tas-sajd, li ġeneralment għandhom livell għoli ta' kapaċità riproduttiva li però mhijiex bla limitu. Jekk is-sajd ma jkunx ikkontrollat, jista' jkun hemm kollass fl-istokkijiet u s-sajd jista' jieqaf milli jkun ekonomikament vijabbli. Huwa fl-interess ta' kulħadd li jkollna sistema tal-ġestjoni tas-sajd stabbilita biex

  • nissalvagwardjaw ir-riproduzzjoni tal-istokk għal rendiment fit-tul
  • inħejju s-sisien għal industrija li tħalli l-profitt
  • naqsmu l-opportunitajiet tas-sajd b'mod ġust, u
  • nikkonservaw ir-riżorsi tal-baħar 

L-għan prinċipali tal-ġestjoni tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) huwa li tiżgura rendimenti għoljin fit-tul mis-sajd għall-istokkijiet kollha, fejn hu possibbli sal-2015, u mhux aktar tard mill-2020. Dan hu magħruf bħala r-rendiment massimu sostenibbli. Għan ieħor dejjem aktar importanti huwa li jitnaqqsu sal-minimu l-qabdiet mhux mixtieqa u l-prattiki ta' ħela jew jiġu evitati kompletament, permezz tal-introduzzjoni gradwali ta' obbligu tal-iżbark. Fl-aħħarnett, il-PKS wettqet reviżjoni radikali tar-regoli u l-istruttura ta' ġestjoni tagħha, bir-reġjonalizzazzjoni u konsultazzjoni aktar estensiva mal-partijiet interessati.

Il-ġestjoni tas-sajd tista' tieħu l-għamla ta' kontroll tal-input, kontroll tal-output, jew taħlita tat-tnejn. Il-kontrolli tal-input jinkludu:

  • regoli dwar l-aċċess għall-ilmijiet- biex ikun ikkontrollat liema bastimenti għandhom aċċess għal liema ilmijiet u żoni.
  • kontrolli dwar l-isforz tas-sajd - biex tkun limitata l-kapaċità tas-sajd u l-użu tal-bastiment
  • miżuri tekniċi - biex jirregolaw l-użu tal-irkaptu u fejn u meta s-sajjieda jistgħu jistadu 

Il-kontrolli tal-output jikkonsistu l-aktar fil-limitazzjoni tal-ammont ta' ħut minn sajd partikolari, b'mod partikolari permezz tal-qabdiet totali permessibbli (ara TACs u kwoti).

Il-Politika Komuni tas-Sajd qiegħda dejjem aktar tmur għal pjanijiet pluriennali li ħafna drabi jikkombinaw ma' għodda differenti ta' ġestjoni.

Il-ġestjoni tas-sajd hija bbażata fuq id-dejta u l-parir xjentifiku u miżuri ta' kontroll biex jiżguraw li r-regoli huma applikati b'mod ġust għas-sajjieda u li dawn ikunu konformi magħhom.