Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Aħbarijiet
World fish stocks are being depleted by overfishing and illegal, unreported and unregulated fishing. This threatens not only the fish, but also the coastal communities that rely on fisheries for economic survival and a dependable food source. The European Commission has worked in close cooperation with EU countries and non-EU countries to develop the FLUX standards in order to exchange fisheries information in an effective, transparent and efficient manner.
Commissioner for Maritime Affairs and Fisheries Karmenu Vella is at the Council of the European Union in Luxembourg today, presenting the Commission's proposed Regulation on technical measures to EU fisheries ministers. A proposed Regulation on data collection in the fisheries sector is also on the agenda.
The European Parliament and the Council reached an agreement on a multi-annual plan for cod, herring and sprat in the Baltic Sea at a trilogue meeting yesterday, following a European Commission proposal in 2014.

Ir-rimi u u l-obbligu ta' ħatt tal-art

Il-ġestjoni tas-sajd

Ir-rimi hu l-prattika li l-ħut mhux mixtieq jintrema fil-baħar, jew mejjet jew ħaj, jew minħabba li jkun żgħir ħafna, is-sajjied ma jkollu ebda kwota, jew minħabba ċerti regoli ta' kompożizzjoni tal-qabda. Il-PKS il-ġdida taqta' din il-prattika ħalja ta' rimi permezz tal-introduzzjoni ta' obbligu ta' ħatt tal-art.  Din il-bidla se sservi bħala spinta għal aktar għażla, u tipprovdi informazzjoni aktar affidabbli dwar il-qabdiet. Biex is-sajjieda jkunu jistgħu jadattaw għall-bidla, l-obbligu ta' ħatt tal-art se jiddaħħal gradwalment, bejn l-2015 u l-2019 għas-sajd kummerċjali kollu (speċi fit-TACs, jew taħt id-daqsijiet minimi) fl-ilmijiet Ewropej.

Skont obbligu ta' ħatt tal-art il-qabdiet kollha għandhom jinżammu abbord, jinħattu l-art u jingħaddu skont il-kwoti. Ħut iżgħar milli suppost ma jistax jiġi kummerċjalizzat għal skopijiet ta’ konsum tal-bniedem.

L-obbligu ta' ħatt tal-art se jiġi applikat għal kull sajda. Se jiġu inklużi d-dettalji tal-implimentazzjoni fil-pjanijiet multiannwali jew fi pjanijiet speċifiċi tar-rimi meta ma jkunx hemm pjan multiannwali. Dawn id-dettalji jinkludu l-ispeċijiet koperti, dispożizzjonijiet għad-dokumentazzjoni tal-qabda, daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, u eżenzjonijiet (għall-ħut li jista' jgħix wara li jintefa' lura fil-baħar u limitu minimu permess ta' rimi taħt ċerti kundizzjonijiet). L-immaniġġjar tal-kwota se jsir ukoll aktar flessibbli fl-applikazzjoni tiegħu biex jiffaċilita l-obbligu ta' ħatt tal-art.

F’Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat ħames pjanijiet għar-rimi (permezz tal-hekk imsejħa atti delegati) bi tħejjija għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt tal-art li hu applikabbli mill-2015 ’il quddiem (sajd pelaġiku u industrijali fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni, u sajd għall-merluzz fil-Baltiku).

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana  

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1396/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jwaqqaf pjan ta' skartar fil-Baħar Baltiku

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2438 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral   

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2439 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ  

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES