Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Aħbarijiet
Fish stocks in the North and West of Europe are recovering, but there are still serious problems of overfishing in the Mediterranean Sea.
The European Commission has published its annual consultation paper on the state of fish stocks and the preparation for setting next years' fish quotas.

Aċċess għall-ilmijiet

Il-gestjoni tal-istokkijiet tal-hut

Bħala reġola ġenerali, il-bastimenti tas-sajd irreġistrati fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-UE għandhom aċċess ugwali għall-ilmijiet u r-riżorsi kollha tal-UE li jiġu ġestiti taħt il-PKS. L-aċċess għas-sajd normalment ikun awtorizzat permezz ta' liċenzja tas-sajd.

Hemm żewġ eċċezzjonijiet temporanji għal din ir-regola ta’ aċċess ugwali.

  • Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mill-kosti tal-pajjiżi tal-UE l-aċċess jista' jkun limitat mill-pajjiż tal-UE għall-bastimenti u s-sajd li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet minn portijiet li jinsabu ħdejn xulxin, għall-bastimenti identifikati f'relazzjonijiet eżistenti ta' viċinat, u għall-bastimenti relatati mas-sajd kif elenkat fil-PKS (anness I ). Dawn ir-restrizzjonijiet ġeneralment jagħtu aċċess preferenzjali għal bastimenti li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet minn portijiet li qegħdin ħdejn xulxin.
  • Għall-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mill-kosti tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Ewropa jista' jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta' dawn it-territorji u l-bastimenti li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet.

L-eċċezzjonijiet jiskadu sal-aħħar tal-2022.