Mogħdija tan-navigazzjoni

Sajd

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Fittex
Kontenut relatat
Aħbarijiet
Following the restoration of constitutional order in Guinea-Bissau, the EU and Guinea-Bissau have signed a new three-year fisheries Protocol under the Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the two parties. EU boats, mostly from Spain, Portugal, France, Greece and Italy, will now be able to resume fishing in local waters following a two year interruption.
The Commission welcomes that the EU, the Faroe Islands and Norway reached agreement on 21 November on an arrangement on mackerel fisheries for 2015.

Sommarju għaċ-ċittadini

Strateġija tal-Kummissjoni - akwakultura sostenibbli fl-Ewropa

Il-kwistjoni.

  • L-Akwakultura hija t-trobbija ta’ organiżmi li jgħixu fl-ilma, bħall-ħut, frott tal-baħar u alka. Qed tikber f'bosta partijiet tad-dinja imma l-produzzjoni fl-UE baqgħet l-istess mis-sena 2000.
  • Miżuri li jiżviluppaw l-akwakultura għandhom ikunu ambjentalment, soċjalment u ekonomikament sostenibbli.
  • Is-settur Ewropew għandu assi importanti u prospetti tajbin minkejja l-isfidi għall-iżvilupp tiegħu.

Min se jibbenefika u kif?

  • L-Akwalkultura u industriji relatati - l-istrateġija ser tgħin biex jinħolqu opportunitajiet ekonomiċi, l-aktar f' oqsma rurali u kostali.
  • Il-konsumaturi tal-UE - Settur tal-Akwakulturala sostenibbli ser jipprovdi ikel tajjeb għas-saħħa , ta’ kwalità għolja u favur l-ambjent.

Għaliex hemm bżonn li tittieħed azzjoni mill-UE?

  • Tmexxija Ewropeja tista’ tgħin biex tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jaġġixxu.
  • Permezz tal-ħarsa wiesgħa tas-settur kollu tal-Awkakultura Ewropew, l-UE hija fl-aħjar post biex tidentifika l-opportunitajiet u l-isfidi ġenerali.

X'se jinbidel eżattament?

L-istrategija tiffoka biex:

  • tgħin biex tagħmel l-akwakultura aktar kompetittiva - billi tappoġja r-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, tiżgura li s-settur isemma’ leħnu f’deċiżżjonijiet tal-ipjannar ta’ spazju, tirrevedi il-politika tal-UE dwar is-swieq tas-sajd u tgħin lis-settur isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fix-xena internazzjonali.
  • tiżgura li t-tkabbir jibqa’ sostenibbli - billi tħeġġeġ metodi ta' produzzjoni favur l-ambjent, iżżomm livelli għoljin ta' saħħa u benessri tal-annimali, tħares is-saħħa tal-konsumatur u tippromwovi l-benefiċċji tas-saħħa tal-prodotti mill-akwakultura.
  • ittejjeb id-dehra u t-tmexxija tas-settur - billi toħloq ambjent ta' azzjoni ġust għall-operaturi kollha u tnaqqas il-burokrazija, kif ukoll tħeġġeġ it-tixrid tat-tagħrif fattwali mal-pubbliku, is-sehem ta’ dawk li huma kkonċernati fit-tfassil tal-politika u s-sorveljanza xierqa tas-settur. Dawn l-għanijiet kollha għandhom jintlaħqu mill-UE u l-entitajiet nazzjonali u reġjonali flimkien.

Meta se tidħol fis-seħħ l-istrateġija?

  • Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-miżuri fl-awtorità tagħha bil-mod il-mod. Tistieden l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jikkoordinaw il-miżuri li għalihom huma responsabbli.