Metodi tal-akkwakultura
L-akkwakultura Ewropea għandha bosta forom. Nistgħu niddistingwu bejniethom billi nqabbluhom b’modi differenti: estensiva jew intensiva, f’ambjent naturali jew f’tankijiet, fl-ilma ħelu jew fl-ilma baħar, bi fluss kontinwu jew b’ċirkolazzjoni mill-ġdid, tradizzjonali jew moderna, klassika jew organika, fil-kenn jew esposta, eċċ. Minn dawn id-dikotomiji, id-dettalji kollha u bosta kumbinazzjonijiet huma possibbli. Biex nippreżentawhom, l-aktar metodu sempliċi huwa li nsegwu l-iżvilupp storiku tal-akkwakultura fl-Ewropa.
Skeda informattiva
[725 KB]
L-akkwakultura estensiva

Din il-forma ta’ trobbija kienet tintuża fil-perijodu Neolitiku, meta l-bniedem kien beda jaġixxi fuq ir-riżorsi naturali, jiġifieri, fl-Ewropa, 4000 sena qabel l-era tagħna. Din il-prattika minimalista ma teżistix aktar illum fl-Ewropa, għaliex l-azjendi tal-akkwakultura kollha jużaw mill-inqas interazzjoni teknika waħda mal-ambjent jew mal-annimal.
Fit-tieni stadju tal-evoluzzjoni tal-akkwakultura fil-fatt il-bniedem waqaf jiddependi biss fuq in-natura, iżda beda jiżviluppa ambjent akkwatiku li jiffavorixxi l-iżvilupp tal-popolazzjonijiet tal-ħut, ta’ molluski u/jew ta’ krustaċji. Il-forma l-aktar sofistikata ta’ din l-akkwakultura hija t-trobbija ta’ karpjuni f’għadajjar ipprattikata fiċ-Ċina, li traċċa minnha nistgħu nsibuha fil-famuż Trattat ta’ Fan-Li li jmur lura għas-seklu V Q.K.
U fl-Ewropa? Ir-Rumani, diġà, kienu jżommu l-gajdri u jismnu l-ħut f’tankijiet magħmula apposta. Iżda kien fil-Medju Evu li bdew jiġu elaborati t-tekniki tat-trobbija tal-ħut, b’mod partikolari fil-monasteri, li kellhom bżonn ikel mingħajr ħafna xaħam għall-bosta jiem ta’ sawm imposti mir-reliġjon Kristjana. Fl-Ewropa tan-Nofsinhar, it-trobbija tal-ħut fl-ilma salmastru tmur lura għal dan iż-żmien ukoll, meta bdew jiżviluppaw laguni u għadajjar ħdejn il-kosta b’mod li jkunu jistgħu jżommu l-ħut li jġib il-kurrent bħall-ispnott, l-awrat u l-mulett, ta’ spiss b’alternanza skont l-istaġun mal-produzzjoni tal-melħ.
Dawn il-forom ta’ akkwakultura li ġejjin mill-prattiċi antiki għadhom jeżistu llum fl-Ewropa kollha. Dan huwa l-każ tat-trobbija estensiva tal-ħut tradizzjonali, li hija pprattikata fil-Lapponja fi Sqallija u f’Kerry fi Trace. Din tikkonsisti fiż-żamma tal-għadajjar (naturali jew artifiċjali) u l-laguni b’mod li jkun favur l-iżvilupp tal-fawna akkwatika. F’kull xitwa, l-ilma jiġi mnaddaf u ffertilizzat b’fertilizzaturi b’mod li jiġu stimolati l-pjanti akkwatiċi u b’hekk, tiġi intensifikata l-preżenza ta’ mikro-organiżmi, molluski żgħar u krustaċji, larvae u dud li jagħmlu l-bażi tal-piramida alimentari akkwatika. Dan għandu l-effett li jiffavorixxi l-iżvilupp tal-annimali “kummerċjali” b’rendiment aktar għoli minn dak tal-ekosistema naturali.
Fit-trobbija tal-ħut fl-ilma ħelu, l-ispeċi prodotti b’dan il-mod huma, skont ir-reġjunijiet, it-trota kannella, il-ħuta bajda (Coregonus), t-trota żgħira tal-Artiku, is-sallura, il-lizz perċa, il-lizz u speċi differenti ta’ karpjuni, ta’ lupu tal-baħar, ta’ sturjun, ta’ awwisti u ta’ żrinġijiet. Fil-passat, din l-attività tat bidu għall-introduzzjoni ta’ għadd ta’ speċi mhux indiġeni fl-ekosistema Ewropea, bħat-trota qawsalla, it-trota tan-nixxiegħa, il-karpjuni u speċi differenti ta’ żrinġijiet u ta’ awwisti. Fl-ilma salmastru, il-laguni u l-għadajjar tal-kosta kienu jipprovdu, skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom, spnott, salluri u speċi differenti ta’ awrat, ta’ mulett, ta’ sturjuni, ta’ awwisti u ta’ frott tal-baħar.

It-trobbija tal-frott tal-baħar

Sofistikazzjoni eżaġerata tal-proċess u tat-tekniki jippermettu kisba ta’ rendiment ottimali ta’ dak li tipprovdi n-natura. Fl-Ewropa, it-trobbija tal-gajdri (ostréiculture) u t-trobbija tal-maskli (mytiliculture) jirrappreżentaw 90 % tal-produzzjoni ta’ frott tal-baħar. Dawn huma impjanti antiki ħafna li l-ewwel riżultati tagħhom jmorru lura għal żminijiet il-qedem.
It-trobbija tal-gajdri llum hija attività tradizzjonali f’ċerti pajjiżi tal-UE bħal Franza (90% tal-produzzjoni tal-UE) u l-Olanda. Din hija aktar reċenti f’pajjiżi oħra, b’mod partikolari fl-Irlanda. Il-metodi differenti ta’ trobbija huma bbażati fuq il-metodi tradizzjonali. Żewġ speċi huma mrobbija fl-Ewropa: il-gajdra ċatta (Ostrea edulis) u l-gajdra kikkra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas), li hija l-aktar komuni. Jeħtieġu minn 3 sa 4 snin biex il-gajdri jilħqu d-daqs kummerċjali tagħhom.
It-trobbija tal-maskli tiddedika ruħha għal żewġ speċi wkoll, skont iż-żona ġeografika tal-produzzjoni: il-maskla komuni (Mytilus edulis), li hija iżgħar, fit-Tramuntana, u l-maskla Mediterranja (Mytilus galloprovincialis), li hija akbar, imsejħa ta’ Spanja jew tal-Mediterran, fin-Nofsinhar. Il-metodi ta’ trobbija jvarjaw skont l-ispeċi u r-reġjunijiet.
Speċi oħra ta’ frott tal-baħar jitrabbew fl-Ewropa wkoll bħall-gandofli, l-arzelli, il-molluski bivalvi Pecten jacobaeus (scallops) u bebbux tal-baħar tal-familja Haliotidae (abalones).
It-trobbija tal-gandolfi (Ewropej jew Ġappuniżi) hija aktar reċenti minn dawk preċedenti. Tmur lura għas-snin 1980, meta s-sajd bl-idejn jew bit-tkarkir ma baqax imħeġġeġ, sabiex tiġi mħarsa r-riżorsa. Ir-riproduzzjoni ssir b’mod naturali fis-siti tal-produzzjoni jew b’mod ikkontrollat fil-mafqsiet. Il-larva titpoġġa f’kontenituri fil-qiegħ ta’ tankijiet mimlijin bl-ilma baħar biex tikber jew inkella direttament fis-siti ta’ trobbija. Wara 3 xhur, il-gandofli żgħar jitpoġġew fiż-żona intermarea (Normandija, Bretanja, Kantabrija, Galizja) jew fil-laguni (Poitou-Charentes, Emilja Romanja, Venezja), u jinġabru sentejn wara. Il-maġġoranza tal-produzzjoni Ewropea ssir fl-Italja.

L-akkwakultura semi-estensiva
Il-polikultura tradizzjonali fl-għadajjar u fil-laguni qiegħda tiżviluppa aktar u aktar lejn il-metodi ta’ produzzjoni aktar ikkontrollati li nsejħulhom akkwakultura semi-estensiva.

Il-produtturi m'għadhomx sempliċement ikabbru l-iżvilupp naturali tal-għadira u tal-laguna, iżda jgħinu lin-natura billi jpoġġu ħut żgħir li jkun twieled fil-mafqsiet filwaqt li jżidu l-ikel. L-eżempju l-aktar ċar huwa t-trobbija tal-karpjuni fl-għadajjar, li hija komuni ħafna fil-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali. L-akkwakultura fl-ilma salmastru tal-Ewropa tan-Nofsinhar qiegħda tirrikorri aktar u aktar għall-mafqsiet u għall-ikel industrijali, u dan jippermetti li wieħed jikkompensa n-nuqqas ta’ reġenerazzjoni naturali. Il-vallikultura Taljana, fil-bokka tax-xmara Po u tal-Adige, tpoġġi spnott u awrat żgħir fil-laguni, biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ dawn l-ispeċi fl-istat naturali u għall-għejba tas-sallura. Fl-esteros Spanjoli u fil-Portugall, din il-prattika ppermettiet l-esperimentazzjoni bi speċi ġodda, bħall-barbun imperjali, il-lingwata komuni u l-lingwata tas-Senegal.
Biex tkun kompluta, wieħed għandu wkoll isemmi ż-żamma f’tankijiet, li jibqgħu f’wiċċ il-baħar jew dawk permanenti fuq l-art. Din il-prattika hija relatata mas-sajd. Hija tippermetti li jinżammu u li jismnu annimali maqbuda sabiex jiġu kkumerċjalizzati aktar tard. Din il-prattika tikkonċerna l-aktar l-annimali li ma jżommux il-kwalità tat-togħma tagħhom meta jgħaddu mill-proċessi ta’ konservazzjoni tradizzjonali, bħat-tpoġġija f’laned mhux settiċi, l-isterilizzazzjoni jew l-iffriżar. L-eżempju l-aktar komuni huwa dak tal-krustaċji l-kbar, bħall-awwista u l-granċ tal-ikel, li l-istaġun tas-sajd tagħhom huwa r-rebbiegħa, iżda li jiġu kkonsmati tradizzjonalment matul il-festi tal-aħħar tas-sena, fix-xitwa. Eżempju ieħor, li joħloq aktar polemika, huwa s-simna tat-tonn tal-pinna blu f’gaġeġ li jibqgħu f’wiċċ l-ilma, li dehret fis-snin disgħin fil-Mediterran. F’dan il-każ il-kampjuni li jinqabdu matul l-istaġun tas-sajd tar-rebbiegħa, jiġu esportati fix-xitwa u bi prezz aħjar.

It-trobbija tal-ħut żgħir bil-għan li l-popolazzjoni titkattar mill-ġdid
Mis-seklu XVII, ir-riżervi ta’ ħut tal-ilma ħelu bdew jonqsu f’ċerti postijiet, probabbilment minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni tal-bniedem. Għalhekk l-awtoritajiet iddiskutew l-idea li jerġgħu jippopolaw ix-xmajjar b’ħut żgħir li jitwieled fil-magħluq.

Trobbija fil-mafsqiet© Lionel Flageul
Fin-natura, il-ħut jilliberaw kwantità kbira ta’ bajd u ftit individwi biss isiru adulti wara li jkun ħarbu mill-predaturi, mill-mard, min-nuqqas ta’ ikel, mit-tniġġis, mill-bidliet f’daqqa fit-temperatura, eċċ. L-irwol ta’ mafqas mhux biss huwa li jinkisbu bajd iffertilizzat, iżda li jiġu kkontrollati l-parametri kollha li jippermettu lil massimu ta’ individwi jilħqu l-istadju ġuvenili, sabiex jitħallew fl-ambjent naturali b’possibbiltajiet kbar ta’ għajxien.
Fl-1741, Stephan Ludwig Jacobi, xjentist Ġermaniż multidixxiplinarju, stabbilixxa l-ewwel mafqas għat-troti, f’Westphalia. Iżda kien jeħtieġ seklu ieħor qabel mal-iskoperta tiegħu ġiet immultiplikata fuq skala kbira, biex jiġu ppopolati l-ilmiet li tfaqqru minħabba l-ewwel effetti tar-Revoluzzjoni Industrijali, fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fil-Ġappun.
L-investigazzjonijiet xjentifiċi dak iż-żmien saru fuq it-troti tal-familja Salvelinus, il-ħuta bajda (Coregonus), is-salamun tal-Atlantiku, kif ukoll it-trota qawsalla fl-Istati Uniti, li ddaħħlet fl-Ewropa fl-1874 minħabba l-karatteristiċi tajbin tagħha. Iżda dan l-avvanz baqa’ llimitat għas-salmonidae, li wrew faċilità relattiva biex jirriproduċu fil-magħluq.
Wieħed kellu jistenna sal-1934 biex tiġi skoperta l-induzzjoni ormonali fil-Brażil u biex tiġi esperimentata fuq il-ħut lokali. Din it-teknika tikkonsisti fl-injezzjoni ta’ ċerti ormoni fil-ġisem tal-ħuta biex tinkiseb liberazzjoni ta’ gameti meta din tkun meħtieġa, kemm mill-ħut tas-sess femminili kif ukoll tas-sess maskili. Din l-iskoperta fetħet perspettivi ġodda fir-rigward tal-mafqsiet u ppermettiet li jiġu trattati speċi ġodda li sa dak iż-żmien kienu jispiċċaw sterili minħabba l-istress tal-kaptività. Mill-1935 fl-Unjoni Sovjetika, ir-riċerkaturi Sovjetiċi kisbu ħut żgħir ta’ bosta speċi ta’ sturjuni u bdew ukoll joħolqu razez ibridi.
It-tkabbir mill-ġdid tal-popolazzjoni tal-ekosistema għadha pprattikata ħafna llum, fl-ilma ħelu kif ukoll fl-ambjent tal-baħar. Il-mafqsiet li jaħdmu f’dan il-qafas huma ġeneralment iffinanzjati minn programmi pubbliċi ta’ riċerka xjentifika u jaħdmu l-aktar fuq speċi indiġeni. Għalhekk, wara t-titjib tal-kwalità tal-ilmiet u wara x-xogħlijiet ta’ infrastruttra li kellhom l-għan li jerġgħu jiksbu libertà ta’ ċirkolazzjoni għall-ispeċi li jemigraw, bosta mafqsiet Ewropej jaħdmu fuq it-tkabbir mill-ġdid tal-popolazzjoni tax-xmajjar b’salamuni u sturjuni.
Jiġri wkoll li dawn il-mafqsiet ta’ interess pubbliku jinkitbu fi proġetti ta’ “mergħa marittima”. Din il-prattika tmur lura għas-seklu XIX u tikkonsisti fl-infurzar ta’ stokk naturali b’ħut ġuvenili tal-maqfas sabiex tinżamm l-attività ekonomika tas-sajd li tiddependi fuq l-istokk, bħas-salamun fil-baħar Baltiku jew il-lingwata komuni fil-baħar tat-Tramuntana. Wieħed għandu jinnota li l-iskoperti ta’ dawn il-mafqsiet xjentifiċi huma ta’ spiss l-oriġini ta’ impriża tal-akkwakultura kummerċjali.

It-trobbija intensiva tal-ħut fl-ilma ħelu
Sit tat-trobbija intensiva tal-ħut fl-ilma ħelu huwa ġeneralment magħmul minn bosta tankijiet rettangulari tal-konkos, ta’ daqsijiet u profondità differenti b’mod li jkunu adattati għall-istadji diversi ta’ tkabbir tal-ħut. Dawn jiġu alimentati minn kanal li jiġbor l-ilma tax-xmara li jitla’ u jerġa’ jagħtiha lura fin-niżla wara li jkun għadda mit-tankijiet kollha. Din hija msejħa s-sistema bi fluss kontinwu.

Mill-aħħar tas-seklu XIX, it-trota “qawsalla” kienet l-ewwel waħda li batiet l-effetti tal-progress tat-trobbija tal-ħut Ewropea. Din l-ispeċi Amerikana fil-fatt kienet aktar adattata għall-akkwakultura milli l-ħuta tal-istess familja Ewropea: hija aktar b’saħħitha, tikber aktar malajr u tissaporti densitajiet ta’ trobbija aktar għoljin. Iżda sa nofs is-seklu XX, ir-riżultati miksuba mill-akkwakultura baqgħu limitati minħabba alimentazzjoni mhux adattata ħafna, magħmula l-aktar minn skart ta’ ħut mhux ipproċessat, u minħabba vulnerabbiltà kbira wisq għall-mard epiżootiku li jaffettwa lill-ħut imrobbi f’densità għolja f’postijiet miftuħa għall-attakki tad-dinja esterna. Iżda l-progress tas-seklu XX għamel avvanz fuq dawn il-problemi.
Skoprew li kull speċi għandha bżonn alimentazzjoni mhux biss speċifika, iżda wkoll differenti f’kull stadju tal-evoluzzjoni tagħha. Ħafna larvae jistgħu jieklu plankton ħaj biss, li għandu jiġi prodott fil-magħluq ’il bogħod mill-mikrobi u mill-virus. Għall-ħut ġuvenili u l-adulti, il-fabrikazzjoni ta’ granuli nixfin kien avvanz konsiderevoli, iżda kellha tiġi stabbilita, għal kull speċi, id-doża t-tajba ta’ proteini li ġejjin mill-annimali u mill-pjanti, ta’ xaħmijiet, ta’ mluħa minerali, ta’ vitamini u adittivi oħra, kif ukoll il-forma li għandha tingħata lil dawn il-granuli u l-frekwenza tal-għotja… Fir-rigward tas-saħħa, l-iskoperti fl-oqsma tal-mediċini, tat-tilqim u tal-prevenzjoni, ippermettu li wieħed jilqa’ għall-mard.
Dawn l-avvanzi ippermettew, mis-snin sittin, l-iżvilupp fuq skala kummerċjali tat-trobbija intensiva ta’ troti qawsalla, l-ewwel fid-Danimarka, imbagħad fl-Ewropa kollha. Illum, it-trobbija tal-ħut Ewropea ddiversifikat ħafna, kemm fuq il-livell tal-kwalità tal-prodotti kif ukoll tal-ispeċi prodotti. Flimkien mat-trota qawsalla, li tibqa’ dominanti, ħut ieħor tal-ilma ħelu jitrabbew b’mod intensiv: it-trota kannella, it-trota tan-nixxiegħa, it-trota żgħira tal-Artiku, il-ħuta bajda, it-tilapja, il-lizz perċa, l-isturjun Siberjan…
Iżda l-fluss kontinwu llum iċedi ftit minn postu għas-sistemi ta’ ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma. F’dawn is-sistemi, l-ilma jibqa’ f’ċirkuwitu magħluq u jiġi rriċiklat sabiex ikun jista’ “jiċċirkula mill-ġdid” fit-tankijiet, b’xogħol kbir ta’ pajpijiet. Wieħed mill-vantaġġi ta’ din is-sistema, huwa l-iżolament tagħha mill-ambjent estern, li jippermetti l-kontroll tal-parametri kollha tal-ilma: it-temperatura, l-aċidità, il-kontenut tal-melħ, id-diżinfettar…; u dan jippermetti wkoll li jiġi ttrattat l-iskart organiku qabel ma jintrema fin-natura. L-inkonvenjenza tagħha, minbarra l-ispiża tal-investiment, hija l-ispiża fuq enerġija u d-dipendenza tagħha fuq teknoloġija kumplessa.
Iċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid m’għadhiex innovazzjoni reċenti. Din kienet tintuża għal ħafna żmien fl-akkwarji u fil-mafqsiet. Hija bdiet tintuża fl-unitajiet tas-simna mis-snin 1980 u llum qiegħda turi suċċess, b’mod partikolari fil-pajjiżi bi klima estrema, għax tippermetti li tiġi kkontrollata t-temperatura tal-ilma, fis-sajf kif ukoll fix-xitwa. Fl-ilma ħelu, din is-sistema tintuża l-aktar għat-trota qawsalla, għal-lupu tal-baħar u għas-sallura, iżda hija adattata għall-ispeċi kollha, inklużi l-ispeċi tal-baħar bħall-barbun imperjali.

Il-marikultura intensiva
Innovazzjoni importanti fit-trobbija tal-ħut waslet mill-Ġappun fis-snin 1960: il-gaġġa li tibqa’ f’wiċċ l-ilma.

Il-ħut jinżammu magħluqin f’xibka kbira b’forma ta’ borża ankrata mal-qiegħ u miżmuma fil-wiċċ permezz ta’ gwarniċ li jibqa’ f’wiċċ l-ilma rettangulari jew tond, oriġinarjament tal-bambù, imbagħad malajr sar tal-plastik. Il-Ġappuniżi kienu jismnu f’dawn il-gaġeġ aċċol u awrat. L-idea ġiet esportata fl-Ewropa, fejn il-gaġeġ li jibqgħu f’wiċċ l-ilma bdew jintużaw l-ewwel għat-trobbija tat-troti qawsalla fl-ilmiet fil-kenn tal-fjords Norveġiżi.
Iżda fl-aħħar tas-snin 1960, il-gaġeġ waslu fiż-żmien tajjeb biex jeżaminaw speċi ġdida: is-salamun tal-Atlantiku. Il-mafqas tiegħu kien lest għal bosta snin u kien jipproduċi għadd ta’ ħut fl-istadju tat-tferrigħ jew “smolts”, jiġifieri ħut ġuvenili li kiseb l-abbiltà li jgħix f’ambjent marittimu. Għalhekk il-pass sar malajr għas-simna ta’ dan il-ħut fl-istadju tat-tferrigħ fil-baħar, f’gaġeġ li jibqgħu f’wiċċ l-ilma, sakemm jilħqu id-daqs tal-adulti. It-trobbija Ewropea tas-salamun saret waħda mill-istejjer ta’ suċċess tas-snin sebgħin u tmenin. Is-salamun, minħabba li huwa rari fl-istat selvaġġ, sar prodott tal-lussu. Id-disponibbiltà ġdida tiegħu bi prezz raġonevoli rriżultat f’suċċess kummerċjali li qatt ma kien inkiseb qabel, li poġġa l-marikultura fuq il-livell tas-setturi tal-futur fl-Ewropa. Il-fjords u l-bajjiet tal-baħar tat-Tramuntana u tal-Punent tal-gżejjer Brittanniċi mtlew b’impriżi tat-trobbija, b’mod partikolari fin-Norveġja u fl-Iskozja.
Dan is-suċċess fit-Tramuntana kellu segwitu. Il-pajjiżi tal-Mediterran studjaw u żviluppaw it-trobbija tal-ħut żgħir tal-ispnott u l-awrat. Matul is-snin disgħin, it-trobbija tagħhom inxterdet fil-Mediterran kollu u fil-Gżejjer Kanarji. Is-salamun, l-ispnott u l-awrat jibqgħu llum il-prodotti ewlenin tal-marikultura Ewropea, b’diversifikazzjoni kwalitattiva li twieġeb għas-segmentazzjoni tas-suq. Iżda speċi oħra bil-mod il-mod qegħdin jitrabbew fil-gaġeġ, bħall-gurbell fin-Nofsinhar u l-merluzz fit-Tramuntana.
Fis-snin disgħin u elfejn żviluppat forma oħra ta’ marikultura intensiva: dik tal-ħuta ċatta. Il-gaġeġ li jibqgħu f’wiċċ l-ilma mhumiex adattati għal dan il-ħut li għandhom jistrieħu fuq qiegħ tar-ramel. Għalhekk it-tankijiet ta’ fuq l-art, bi provvista ta’ ilma baħar, jippermettu l-iżvilupp tat-trobbija tal-barbun imperjali f’Galizja. Iżda l-progress tat-teknoloġija taċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid fetaħ perspettivi ġodda għall-marikultura fuq l-art. Saru sperimenti fuq speċijiet ġodda, bħal-lingwata komuni, li titrabba f’kontenituri ċatti fuq xulxin. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jiġu kkontrollati l-parametri tal-ilma, b’mod partikolari t-temperatura tiegħu, tippermetti li wieħed ma jagħtix każ l-ħtiġijiet klimatiċi. B’hekk it-trobbija tal-barbun imperjali, tal-ispnott u tal-awrat qiegħda tavvanza lejn it-Tramuntana tal-Ewropa.
Iżda l-bidu tas-seklu XXI ġab miegħu sfida kbira ġdida għall-akkwakultura. Iż-żona kostali Ewropea hija okkupata żżejjed u ma toffrix aktar post għall-estensjoni għall-akkwakultura. Il-marikultura għalhekk għandha ssir ’il bogħod mill-kosta. Jew ġewwa fuq l-art, grazzi għaċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid, bl-iżvantaġġ tal-ispiża li ġġib magħha r-rikostituzzjoni artifiċjali tal-ilma baħar. Jew ’il barra fil-baħar, ’il bogħod miż-żoni fil-kenn tal-kosta. Il-marikultura ’il barra mill-kosta hija l-kamp ta’ investigazzjoni ġdid tal-akkwakultura Ewropea. Iżda l-isfidi teknoloġiċi huma kbar ħafna. Il-Mediterran huwa wieħed mill-ibħra l-aktar fondi tad-dinja u l-Atlantiku tal-Grigal huwa wieħed miż-żoni bl-aktar riħ u tempesti fid-dinja. Sistemi ġodda għalhekk għandhom jiġu żviluppati biex il-ħut jingħalaq ’il ġewwa, bħal gaġeġ mgħaddsa taħt l-ilma, iżda wkoll għat-tmigħ u għas-sorveljanza mill-bogħod.