Mogħdija tan-navigazzjoni

Dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa

Politiċi mill-Kummissjoni Ewropea se jiġu f'belt viċin tiegħek biex jisimgħu dak li int taħseb dwar drittijietek u l-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso sejjaħ għal dibattitu importanti DeutschEnglishfrançaisportuguês dwar il-proposti tiegħu biex tiżdied l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u dwar il-ħolqien ta' unjoni politika leġittima.

Hu qal li dan id-dibattitu jeħtieġlu jseħħ fis-soċjetajiet tagħna u fost l-Ewropej. Il-Kummissjoni qed issegwi dan bit-tnedija ta' sensiela ta' djalogi maċ-ċittadini f'kull pajjiż tal-UE matul il-15-il xahar li ġejjin – l-ewwel wieħed fis-27 ta' Settembru f'Cádiz, Spanja English li fih se tipparteċipa Viviane Reding, il-Kummissarju għad-drittijiet fondamentali, u Kummissarji oħrajn.

Dan hu ċ-ċans tiegħek li titkellem b'mod dirett mal-politiċi tal-UE dwar drittijietek, ix-xorta ta' Ewropa li tixtieq tgħix fiha, u l-aspettattivi tiegħek għall-Unjoni Ewropea.

Id-djalogi taċ-"ċittadini" huma miftuħin għal kulħadd u se jixxandru b'mod dirett fuq l-Internet. Fost il-parteċipanti se jkun hemm politiċi lokali, reġjonali u nazzjonali.

Id-djalogi huma wkoll parti mis-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013: sena sħiħa dedikata għad-drittijiet tiegħek bħala ċittadin Ewropew.

L-opinjonijiet tiegħek se jiġu inklużi fi proposti futuri tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tiegħek, u f'Unjoni fejn dawn id-drittijiet jinsabu rispettati b'mod sħiħ.

Il-Kummissjoni tixtieq titkellem miegħek. Kun ċert li leħnek jinstema'.

X'inhi ċ-ċittadinanza Ewropea?

Aħna lkoll ċittadini mhux biss ta' pajjiżna, iżda wkoll tal-Unjoni Ewropea. Barra mid-drittijiet tagħna f'pajjiżna, għandna drittijiet garantiti mit-trattati tal-UE u mill-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-UE .

Eżempju priem hu: iċ-ċittadinanza tal-UE tagħtik id-dritt li tgħix, taħdem, tivvjaġġa u tixtri kullimkien f'27 pajjiż membru.

Aktar dwar drittijietek bħala ċittadin tal-UE

2013 – Is-sena Ewropea taċ-ċittadini Englishfrançais

Nagħmlu l-ħajja eħfef għaċ-ċittadini DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?