AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Is-Soċjetà Ċivili

Folla © EU

It-twettiq b'suċċess tal-istrateġija Ewropa 2020 tiddependi mill-involviment tas-setturi kollha tas-soċjetà.

Ir-responsabbiltà għall-azzjoni mhix biss tal-gvernijiet. Hemm bżonn ta' sforz minn kulħadd biex jintleħqu l-għanijiet ta' Ewropa 2020:

  • negozjanti
  • trejdjunjins
  • organizzazzjonijiet mhux governattivi
  • awtoritajiet lokali u
  • ċittadini individwali

 

L-iskambju tal-aħjar prassi, il-valutazzjoni komparattiva u n-netwerking - kif ġie ssuġġerit minn diversi Stati Membri - urew li huma strumenti utli fil-ħolqien ta' sens ta' pussess u dinamiżmu fil-ħtieġa ta' riforma.

Fost l-istituzzjonijiet li jikkoordinaw ir-rispons tal-gruppi interessati differenti:

  • il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu rwol prinċipali, partikolarment billi jimmobilizza n-netwerks tiegħu tal-kumitati ekonomiċi u soċjali nazzjonali
  • il-Kumitat tar-Reġjuni jista' jgħin biex jimmobilizza l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li f'ħafna pajjiżi tal-UE għandhom poter f'oqsma marbuta mal-istrateġija Ewropa 2020 bħall-edukazzjoni, l-innovazzjoni, it-trasport u t-tibdil fil-klima.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna