AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Awtoritajiet reġjonali u lokali

Id-djalogu bejn il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali se jwassal il-prijoritajiet tal-UE aktar viċin tal-pubbliku, isaħħaħ is-sentiment ta' pussess li hu bżonjuż biex kulħadd jinvolvi ruħu u jwassal l-Ewropa lejn il-miri tal-2020.

F'ħafna pajjiżi tal-UE, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali huma responsabbli għall-oqsma tal-politika marbuta mal-istrateġija Ewropa 2020 bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-intraprenditorija, is-suq tax-xogħol u l-infrastruttura.

Hu kruċjali li kull livell ta' governanza jkun konxju mill-ħtieġa li l-istrateġija Ewropa 2020 tkun implimentata b'mod effettiv fuq il-post sabiex jintlaħaq tkabbir ekonomiku intelliġenti, inklużiv, u sostenibbli, u li kulħadd jieħu sehem fl-introduzzjoni ta' bidliet meħtieġa.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea jgħin biex jiġu mobbilizzati l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Hu ħoloq dan il-Europe 2020 Monitoring Platform English li jinkorpora aktar minn 150 reġjun u bliet li jikkuntattjaw lil xulxin dwar l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi, filwaqt li jiskambjaw prattiki tajba u jikkontribwixxu għad-dibattitu tal-UE dwar EWROPA 2020

Biex tinvolvi u tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jikkontribwixxu biex jitwettqu l-għanijiet ta' Ewropa 2020, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi wkoll online networking platform English.

Il-"Manwal dwar l-istrateġija Ewropa 2020 għall-ibliet u r-reġjuni" English, imħejji mill-Kumitat tar-Reġjuni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, jipprovdi spjegazzjonijiet ċari dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija. Jiġbor eżempji ta' prattika tajba miġbura permezz ta' stħarriġiet imwettqa mill-pjattaforma ta’ monitoraġġ tal-istrateġija Ewropa 2020 tal-KtR jew minn bażijiet ta' dejta eżistenti ta' prattiċi tajba mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna