AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

L-Istati Membri tal-UE

Il-bnadar ta' 27 Stat Membru tal-UE © UE

Is-suċċess tal-istrateġija Ewropa 2020 b'mod kruċjali jiddependi fuq l-abbiltà tal-Istati Membri tal-UE li jagħmlu l-parti tagħhom fl-implimentazzjoni tar-riformi neċessarji fil-livell nazzjonali biex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku – pereżempju biex jiżdied l-investiment fir-riċerka u l-livelli tal-impjiegi.

Awtoritajiet nazzjonali

Il-gvernijiet tal-UE għandhom jipproduċu żewġ rapporti f'April ta' kull sena, li jispjegaw x'qed jagħmlu biex jersqu lejn il-miri nazzjonali ta' Ewropa 2020.

  • Programmi ta' stabbiltà / konverġenza huma sottomessi qabel ma l-gvernijiet jadottaw il-baġits nazzjonali tagħom għas-sena ta' wara. Il-kontenut għandu jippermetti diskussjonijiet dwar il-finanzji pubbliċi u l-politika fiskali
  • Il-programmi ta' riforma nazzjonali jiġu sottomessi fl-istess żmien mal-programmi ta' stabbiltà/konverġenza, u jkun fihom l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri nazzjonali ta' Ewropa 2020 għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
  • Minkejja ristrizzjonijiet fiskali sinifikanti, il-gvernijiet huma responsabbli milli jiżguraw li jitkompla l-investiment għat-tkabbir ekonomiku, pereżempju permezz tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni jew l-effiċjenza tal-enerġija.

Iż-żewġ rapporti għandhom ikunu integrati kompletament fil-proċedura baġitarja nazzjonali u s-Semestru Ewropew, introdott biex itejjeb il-koordinazzjoni politika madwar l-UE kollha. L-awtoritajiet reġjonali/lokali, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra għandhom ikunu involuti wkoll fil-preparazzjoni biex jinbena appoġġ qawwi għall-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki.

Il-pajjiżi taż-żona tal-euro jibagħtu l-abbozz tal-pjanijiet tal-baġit tagħhom lill-Kummissjoni f'Ottubru. Il-Kummissjoni tiċċekkja li l-pjanijiet huma konsistenti mal-impenji fiskali u makroekonomiċi tal-Istat Membru skont is-Semestru Ewropew

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Awtoritajiet reġjonali u lokali

Id-djalogu bejn il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali se jwassal il-prijoritajiet tal-UE eqreb tal-pubbliku, isaħħaħ is-sentiment ta' pussess li hu bżonjuż biex kulħadd jinvolvi ruħu u jwassal l-Ewropa lejn il-miri tal-2020.

F'ħafna pajjiżi tal-UE, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali huma responsabbli mill-oqsma tal-politika marbuta mal-istrateġija Ewropa 2020 bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-intrapreditorija, is-suq tax-xogħol u l-infrastruttura.

Hu kruċjali li kull livell ta' gvern ikun konxju mill-ħtieġa li l-istrateġija Ewropa 2020 tkun implimentata b'mod effettiv fuq il-post sabiex jintlaħaq it-tkabbir ekonomiku intelliġenti, inklużiv, u sostenibbli, u li kull wieħed jieħu sehem fl-introduzzjoni ta' bidliet meħtieġa.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jgħin biex jimmobilizza l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li f'ħafna pajjiżi tal-UE għandhom poter f'oqsma marbutin mal-istrateġija Ewropa 2020 bħall-edukazzjoni, l-innovazzjoni, it-trasport u t-tibdil fil-klima. Aqra aktar

Il-Kumitat tar-Reġjuni waqqaf Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Ewropa 2020 u l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi pjattaforma ta' netwerking onlajn biex tinvolvi u tippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontribwixxu biex jilħqu l-miri ta' Ewropa 2020.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna