Mogħdija tan-navigazzjoni

AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Istituzzjonijiet u entitajiet Ewropej

Il-bandiera tal-UE tperper mar-riħ © EU

Kull istituzzjoni tal-UE għandha rwol biex tiżgura li l-UE sejra fid-direzzjoni t-tajba biex jintleħqu l-miri ta' Ewropa 2020

Is-Semestru Ewropew: Min jagħmel xiex u meta?

Kunsill Ewropew

Minħabba l-monitoraġġ ġenerali tiegħu tal-politiki tal-UE u l-interdipendenzi bejn l-UE u l-Istati Membri, il-Kunsill Ewropew huwa responsabbli mill-gwida tal-istrateġija permezz ta':

  • valutazzjoni annwali tal-progress fuq il-livell tal-UE u dak nazzjonali, fil-laqgħa tiegħu tar-rebbiegħa. Din tqis is-sitwazzjoni makroekonomika ġenerali u l-progress li sar lejn il-5 miri ewlenin għall-UE kollha kif ukoll lejn l-inizjattivi ewlenin. Timmonitorja wkoll il-progress tal-Euro Pact Plus.
  • gwida għall-politiki orizzontali għall-UE u ż-żona ewro fuq il-bażi tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippreżentat mill-Kummissjoni. Joħroġ linji gwida fuq il-livell tal-UE li jkopru oqsma ta' politika fiskali, makroekonomika, ta' riforma strutturali u li twassal għat-tkabbir.
  • diskussjoni tal-iżviluppi ekonomiċi u l-prijoritajiet għall-istrateġija.
  • Fil-laqgħa tiegħu ta' Ġunju, approvazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet skont il-pajjiż, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Kunsill tal-UE (il-ministri)

Il-kompitu prinċipali tal-Kunsill huwa l-monitoraġġ u r-reviżjoni bejn il-pari, fejn il-ministri nazzjonali responsabbli mill-oqsma tal-politika relevanti (pereżempju l-kompetittività, l-impjiegi u l-edukazzjoni) jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-programm ta' riforma nazzjonali fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom (il-progress lejn il-miri u l-inzjattivi ewlenin).

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Kummissjoni

  • tissorvelja s-sitwazzjoni kull sena abbażi ta' sett ta' indikaturi, żviluppati mill-Eurostat f'kooperazzjoni ma' servizzi oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea, li juru l-progress ġenerali lejn il-miri ewlenin ta' Ewropa 2020.
  • produzzjoni ta' stħarriġ annwali dwar it-tkabbir ekonomiku u valutazzjoni tar-rapporti tal-pajjiżi u l-programmi ta' stabbiltà / konverġenza. (L-istħarriġ jagħti r-riżultati ewlenin għad-diskussjoni fil-laqgħa tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew).
  • rakkomandazzjonijiet politiċi skont il-pajjiż u, fejn hemm bżonn, twissijiet lill-Istati Membri (f'Ġunju), ibbażati fuq l-analiżi tagħha tar-rapporti tagħhom dwar il-progress lejn il-miri nazzjonali.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew għandu rwol importanti fl-istrateġija, mhux biss bħala koleġiżlatur - partikularment għall-proposti leġiżlattivi li huma parti mill-inizjattivi ewlenin - iżda wkoll bħala katalizzatur tal-pubbliku u l-parlamenti nazzjonali. Kull sena qabel il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, il-Parlament jista' jippreżenta riżoluzzjoni li tivvaluta l-istrateġija Ewropa 2020 biex tkun użata fid-diskussjonijiet.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jagħti forma lill-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali nazzjonali u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni prattika tal-Istrateġija Ewropa 2020. Jiffoka fuq l-appartenenza kollettiva tal-forzi tas-soċjetà nazzjonali f'Ewropa 2020 u fuq il-mobilitazzjoni tan-netwerks bejn pajjiż u ieħor. Il-KESE għandu Kumitat ta' Tmexxija ta' Ewropa 2020 bil-mandat li:

  • jikkoordina u jiżgura l-konsistenza fil-ħidma mwettqa mill-Kumitat, u fl-Opinjonijiet dwar kwistjonijiet marbuta ma' Ewropa 2020;
  • jorganizza laqgħat ma' kumitati ekonomiċi u soċjali lokali u organizzazzjonijiet simili biex jippreparaw inizjattivi konġunti u rapporti li jiffukaw fuq Ewropa 2020;
  • jikoordina mal-Membri tal-KESE u l-grupp tal-Komunikazzjoni dwar komunikazzjoni ta' Ewropa 2020 mis-soċjetà ċivili organizzata.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Kumitat tar-Reġjuni

Il-koeżjoni territorjali hija l-qofol tal-istrateġija Ewropa 2020, u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) jagħti appoġġ u jissuġġerixxi politiki għall-implimentazzjoni tal-istrateġija. Il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Ewropa 2020 tal-KtR hija għodda għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess tal-politika.

Il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ ta' Ewropa 2020 għandha l-għan li:

  • Tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex tiżgura implimentazzjoni aħjar tal-politiki marbuta mal-għanijiet ta' Ewropa 2020;
  • Teżamina r-relazzjoni li qed tevolvi bejn l-istrateġija Ewropa 2020 u l-politika ta' koeżjoni;
  • Timmonitorja l-involviment fuq il-livell lokali u reġjonali fil-proċess ta' governanza tal-istrateġija;
  • Tidentifika l-ostakli li jiltqgħu magħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020;
  • Tistimola l-iskambju ta' informazzjoni, esperjenzi u l-aħjar prattiċi.

Il-KtR ippropona biex Ewropa 2020 tkun implimentata permezz ta' Patti Territorjali, jiġifieri ftehimiet bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali li jkollhom l-għan li jilħqu l-għanijiet u l-miri tal-istrateġija l-ġdida permezz tas-sħubija.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment

Dawn iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom rwol ċentrali fl-iżvilupp ta' strumenti finanzjarji ġodda biex jirrispondu għall-ħtiġijiet tan-negozji. It-tnejn li huma jistgħu jappoġġjaw il-mekkaniżmu pożittiv ta' ffinanzjar bi profitt għall-innovazzjoni u l-intraprenditorija, sa mill-ewwel stadji ta' investiment sakemm jidħlu fil-Borża. Dan jista jsir bi sħubija ma' ħafna inizjattivi pubbliċi u skemi li diġà jeżistu fuq livell nazzjonali.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna