AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Informazzjoni dwar ir-rispondenti

:
:
:
:

:
:
Tip ta’ organizzazzjoni*:






:
Qasam/oqsma prinċipali kopert(i) mill-kontribuzzjoni tiegħek*:










:
:
It-tweġiba tiegħek (jekk jogħġbok ittikkja l-kaxxa tal-għażla tiegħek)*:


Sfond għall-konsultazzjoni pubblika

L-istrateġija Ewropa 2020 tnediet f'Marzu 2010 bħala l-istrateġija tal-UE għall-promozzjoni ta' tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din għandha l-għan li twettaq ekonomija Ewropea kompetittiva bbażata fuq it-tagħrif filwaqt li tippreserva l-mudell soċjali tas-suq ekonomiku tal-UE u ttejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi. Għalhekk kienet maħsuba bħala sħubija bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha motivata mill-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

L-istrateġija ta' Ewropa 2020 hi mibnija madwar ħames miri ewlenin fl-oqsma tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-klima u l-enerġija1, l-edukazzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-istrateġija stabbilixxiet ukoll serje ta' programmi ta' azzjoni, imsejħin "inizjattivi ewlenin", f'seba' oqsma meqjusin li huma l-muturi ewlenin għall-iżvilupp ekonomiku, prinċipalment l-innovazzjoni, l-ekonomija diġitali, l-impjiegi u ż-żgħażagħ, il-politika industrijali, il-faqar u l-effiċjenza tar-riżorsi. L-għanijiet tal-istrateġija huma appoġġati wkoll minn azzjoni fil-livell tal-UE f’oqsma bħas-suq uniku, il-baġit tal-UE u l-aġenda esterna tal-UE.

L-istrateġija Ewropa 2020 hi implimentata u monitorjata fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu ta' kull sena tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u baġitarji fil-livell tal-UE. Is-Semestru Ewropew jinvolvi diskussjoni wiesgħa fost l-istituzzjonijiet tal-UE dwar prijoritajiet, impenji annwali mill-Istati Membri u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mħejjin mill-Kummissjoni u approvati fl-ogħla livell mill-mexxejja fil-Kunsill Ewropew. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom imbagħad jiġu inklużi fil-politiki u fil-baġits tal-Istati Membri. Bħala tali, flimkien mal-baġit tal-UE, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż huma elementi ewlenin għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Wara erba' snin, il-Kummissjoni pproponiet, u l-Kunsill Ewropew tal-20-21 ta' Marzu 2014 qabel, li tibda eżaminazzjoni mill-ġdid tal-istrateġija Ewropa 2020. Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni "Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" (Komunikazzjoni pdf - 129 KB [129 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) u Annessi pdf - 889 KB [889 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) ), ibbażata fuq l-esperjenzi tal-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-istrateġija. Aħna u nibnu fuq dawn l-ewwel riżultati u f’kuntest ta’ rkupru gradwali tal-ekonomiji Ewropej, wasal iż-żmien li nirriflettu dwar it-tfassil tal-istrateġija għas-snin li ġejjin.

Permezz ta’ dawn il-mistoqsijiet, qed nitolbu l-opinjonijiet tiegħek dwar l-esperjenza li akkwistajt mis-snin bikrija tal-istrateġija Ewropa 2020 u dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp tagħha, sabiex tinbena strateġija tat-tkabbir ekonomiku tal-UE wara l-kriżi. 

1 F'Jannar 2014 il-Kummissjoni varat qafas għal politiki tal-klima u tal-enerġija sal-2030. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra b'40% taħt il-livell tal-1990, b'mira vinkolanti għall-enerġija rinnovabbli ta’ mill-anqas 27% u ambizzjonijiet imġedda għall-politiki tal-effiċjenza tal-enerġija huma fost l-għanijiet ewlenin tal-qafas ġdid.

Agħżel kif tissottometi l-kontribuzzjoni tiegħek*:




1. Naraw fiex inhi: l-istrateġija Ewropa 2020 mill-2010-14

Kontenut u implimentazzjoni




Għodod




2. L-adattazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020: l-istrateġija tat-tkabbir ekonomiku għall-Ewropa ta' wara l-kriżi

Kontenut u implimentazzjoni





Għodod







* qasam mandatarju