Mogħdija tan-navigazzjoni

AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Ekonomiku 2011

L-Ewropa għandha pjan komprensiv biex twieġeb għall-kriżi u taċċelera t-tkabbir ekonomiku tagħha. Jeħtiġilha tiffoka l-isforzi tagħha b'mod koordinat u b'enfasi partikolari fuq il-prijoritajiet. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Ekonomiku jippjana direzzjoni ċara lil fejn għandha timxi l-Ewropa s-sena d-dieħla u jagħti bidu għall-ewwel "Semestru Ewropew" li jbiddel il-mod kif il-gvernijiet isawru l-politiki ekonomiċi u fiskali tagħhom.

Fil-Komunikazzjoni ewlenija, il-Kummissjoni tiffoka fuq metodu integrat għall-irkupru li jikkonċentra fuq miżuri ewlenin fil-kuntest ta' Ewropa 2020 u li jkopri tliet oqsma ewlenin:

  • Il-bżonn ta' konsolidazzjoni fiskali rigoruża għall-istimolu tal-istabbiltà makroekonomika
  • Riformi strutturali għal iktar impjiegi
  • U miżuri li jistimulaw it-tkabbir ekonomiku

Il-Kummissjoni tiffoka fuq għaxar azzjonijiet li jistgħu jinġabru taħt tliet oqsma ewlenin:

  • Prerekwiżiti Fundamentali għat-Tkabbir Ekonomiku:
    1. Implimentazzjoni ta' konsolidazzjoni fiskali rigoruża
    2. Korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi
    3. Żgurar tal-istabbiltà tas-settur finanzjarju
  • Mobilizzazzjoni tas-Swieq tax-Xogħol, Ħolqien ta' Opportunitajiet ta' Impjieg:
    1. Impjiegi iktar attraenti
    2. Riforma tas-sisitema tal-pensjonijiet
    3. Stimolu biex il-persuni qiegħda jerġgħu lura għax-xogħol
    4. Bilanċ bejn is-sigurtà u l-flessibilità
  • Tkabbir Ekonomiku:
    1. L-isfruttar tal-potenzjal tas-Suq Uniku
    2. L-attrazzjoni ta' kapital privat biex jiffinanzja t-tkabbir
    3. Il-ħolqien ta' aċċess kosteffikaċi għall-enerġija


Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Ekonomiku: l-avvanz tar-respons komprensiv tal-UE għall-kriżi


Rapport dwar il-Progress ta' Ewropa 2020


Rapport makro-ekonomiku


Abbozz ta' Rapport Konġunt dwar l-Impjieg


Stqarrija għall-Istampa: Governanza ekonomika tal-UE: il-Kummissjoni tiffissa prijoritajiet annwali għat-tkabbir ekonomiku tal-UE


Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Ekonomiku: Taqsira tal-analiżi u l-messaġġi ekonomiċi English


Semestru Ewropew: Arkitettura ġdida għall-governanza ekonomika l-ġdida tal-UE - Mistoqsija u Tweġiba English



Diskorsi:


Dikjarazzjoni tal-President Barroso dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-tkabbir ekonomiku English


L-ippjanar tar-ritorn tal-Ewropa lejn it-tkabbir ekonomiku: Diskors mill-President Barroso fil-Konferenza dwar is-Semestru Ewropew, 12 ta' Jannar 2011 English