AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Ewropa 2020 f'Malta

Is-sitwazzjoni ekonomika u l-perspettiva

Il-prestazzjoni ekonomika kienet qawwija fis-snin riċenti. L-ekonomija uriet reżiljenza sinifikanti f'ambjent makroekonomiku diffiċli tul dawn l-aħħar snin. It-tkabbir tal-PDG reali rkupra relattivament malajr wara r-riċessjoni tal-2009 u fl-2015 qabeż l-ogħla livell ta' qabel il-kriżi. Il-konsum tal-unitajiet domestiċi u l-esportazzjonijiet netti kienu l-magni ewlenin tat-tkabbir. Proġetti ta' skala kbira ta' darba fis-settur tal-enerġija u t-tlestija ta' proġetti ffinanzjati mill-UE taw spinta lill-investiment fl-2014-2015, għaldaqsant ikkontribwixxew b'mod qawwi għall-espansjoni ekonomika. It-tkabbir tal-PDG reali huwa mistenni li jimmodera kemxejn ruħu wara l-2015, iżda se jibqa' ogħla mill-medja ta' terminu twil ta' żmien. Bħala riżultat tal-prestazzjoni ekonomika b'saħħitha, il-PDG per capita ta' Malta huwa mistenni li jilħaq is-97 % tal-medja tal-UE fl-2017. Ir-riskji għall-prospetti makroekonomiċi fuq terminu medju ta' żmien jidhru b'mod ġenerali bbilanċjati. Ir-riskji ta' caqliq 'l isfel relatati max-xokkijiet kummerċjali jittaffew permezz taż-żidiet fil-kompetittività ggwadanjati mit-temma b’suċċess tar-riformi strutturali li għaddejjin bħalissa.

Aqra analiżi sħiħa tal-ekonomija ta' Malta fir-rapport tal-pajjiż tal-2016 pdf - 2 MB [2 MB] English (en)

Ara kif Malta titqabbel ma' Stati Membri oħrajn tal-UE f'oqsma ewlenin. English (en)

 


 

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-2015 fil-qosor

Inħarġu erba' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mill-Kummissjoni għal Malta sabiex tgħinha ttejjeb il-prestazzjoni ekonomika tagħha. Dawn huma fl-oqsma: tal-finanzi pubbliċi; tal-edukazzjoni; tal-pensjonijiet; tal-SMEs.

 


 

Id-dokumenti tas-Semestru Ewropew għal Malta