AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Miri ta' Ewropa 2020

Darts fiċ-ċentru tal-bersall © iStockphoto

L-UE qablet dwar 5 miri ewlenin biex jitkejjel il-progress lejn l-għanijiet ta' Ewropa 2020

Dan is-sett limitat ta' miri fuq livell tal-UE qed jiġi tradott f'miri nazzjonali pdf - 307 KB [307 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) f'kull pajjiż, skont is-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkustanzi differenti.

Il-5 miri tal-UE għall-2020

  1. 1. Impjiegi
    • 75% ta' dawk bejn l-20 u l-64 sena jkunu impjegati
  2. 2. R&D
    • 3% mill-PGD tal-UE għandu jiġi investit fl-R&D
  3. 3. It-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija
    • l-emmissjonijiet tal-gassijiet serra 20% (jew 30%, skont il-kundizzjonijiet) inqas mill-1990
    • 20% tal-enerġija minn sorsi rinovabbli
    • żieda ta’ 20% fl-effiċjenza tal-enerġija
  4. 4. Edukazzjoni
    • Tnaqqis fir-rati ta’ dawk li joħorġu mill-iskola kmieni għal taħt l-10%
    • tal-inqas 40% ta' dawk bejn it-30 u l-34 sena jilħqu l-livell ta' edukazzjoni terzjarja
  5. 5. Niġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali
    • tal-inqas 20 miljun persuna inqas f'riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali

Ikklikkja hawn biex tara l-indikaturi kollha ta' Ewropa 2020 fuq is-sit web tal-Eurostat

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

 

Karatteristiċi tal-miri

  • Jagħtu ħarsa ġenerali sa fejn għandha tasal l-UE fir-rigward ta' parametri ewlenin sal-2020.
  • Qed ikunu tradotti f'miri nazzjonali pdf - 307 KB [307 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) sabiex kull Stat Membru jkun jista' jivverifika l-progress tiegħu lejn dawn il-miri.
  • Ma jfissrux il-qsim tal-piżijiet - hemm għanijiet komuni, li għandhom jintleħqu permezz ta' taħlita ta' azzjonijiet nazzjonali u tal-UE.
  • Huma interkonnessi u jsaħħu lil xulxin:
    • edukazzjoni aħjar ittejjeb il-prospetti professjonali u tnaqqas il-faqar
    • iktar R&Ż/innovazzjoni fl-ekonomija, flimkien ma' riżorsi iktar effiċjenti, jagħmluna iktar kompettitivi u joħolqu l-impjiegi
    • investiment f'tekonoloġiji iktar nodfa jiġġieldu t-tibdil fil-klima waqt li joħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju/impjieg.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna