Mogħdija tan-navigazzjoni

AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Tkabbir ekonomiku sostenibbli – għal ekonomija aktar effiċjenti fl-użu ta' riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva

Ħaxix qed jikber fuq tastiera tal-kompjuter © iStockphoto

Tkabbir ekonomiku sostenibbli jfisser:

  • il-bini ta' ekonomija iktar kompetittiva b'emmissjonijiet baxxi ta' karbonju li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti u sostenibbli
  • il-protezzjoni tal-ambjent, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-prevenzjoni tat-telf tal-bijodiversità
  • l-isfruttar tar-rwol gwida tal-Ewropa fl-iżvilupp tat-teknoloġiji ekoloġiċi ġodda u tal-metodi ta' produzzjoni
  • l-introduzzjoni ta' netwerks tal-elettriku intelliġenti u effiċjenti
  • l-użu ta' netwerks fuq skala tal-UE biex in-negozji (speċjalment impriżi żgħar tal-manifattura) ikollhom vantaġġ kompetittiv addizzjonali
  • it-titjib tal-ambjent għan-negozji, b'mod partikolari għall-SMEs
  • għajnuna għall-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati.

Il-miri tal-UE għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli:

  1. 1. it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'20% meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2020. L-UE lesta li tagħmel iktar u tnaqqas sa 30% jekk pajjiżi żviluppati oħra jimpenjaw ruħhom bl-istess mod u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu skont il-kapaċitajiet tagħhom, bħala parti minn ftehim globali komprensiv
  2. 2. iż-żieda fis-sehem tal-enerġiji li jiġġeddu fil-konsum finali tagħna sa 20%
  3. 3. iż-żieda ta' 20% fl-effiċjenza tal-enerġija

> Il-miri kollha fuq il-livell tal-UE

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

L-UE kif se tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli?

Permezz ta' 2 inizjattivi ewlenin:

  1. 1. Ewropa b'użu effiċjenti tar-riżorsi English

    Biex jappoġġja l-bidla għal ekonomija b'emmissjonijiet baxxi ta' karbonju u b'użu effiċjenti tar-riżorsi, it-tkabbir ekonomiku tagħna m'għandux jibqa' marbut mal-użu tar-riżorsi u l-enerġija billi:
    • inaqqas l-emissjonijiet tas-CO2
    • jippromwovi iktar sigurtà tal-enerġija.
    • inaqqas l-intensità tar-riżorsi li nużaw u li nikkunsmaw
  2. 2. Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoniEnglish

    L-UE għandha bżonn politika industrijali li tappoġġja n-negozji - speċjalment in-negozji ż-żgħar - hekk kif dawn jaffaċċjaw il-globalizzazzjoni, il-kriżi ekonomika u l-bidla għall-ekonomija b'emmissjonijiet baxxi tal-karbonju, billi:
    • tappoġġja l-intraprenditorija - biex tagħmel in-negozji Ewropej iktar b'saħħithom u iktar kompetittivi
    • tkopri l-elementi kollha tal-katina tal-valur, li hija dejjem aktar internazzjonali, mill-aċċess għall-materja prima sas-servizzi ta' wara l-bejgħ.
    Din il-politika tista' tiġi applikata biss jekk naħdmu mill-qrib man-negozji, it-trejdunjins, l-akkademiċi, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

    > L-inizjattivi ewlenin kollha ta' Ewropa 2020

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Għaliex l-Ewropa għandha bżonn tkabbir sostenibbli?

Dipendenza kbira fuq il-karburanti fossili

Id-dipendenza tagħna fuq iż-żejt, il-gass u l-faħam:

  • tħalli l-konsumaturi u n-negozji vulnerabbli għal xokkijiet fil-prezzijiet għoljin li jagħmlu l-ħsara,
  • thedded is-sigurtà ekonomika tagħna
  • tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima.

Riżorsi naturali

Il-kompetizzjoni globali għar-riżorsi naturali se tintensifika u tagħmel pressjoni fuq l-ambjent. L-UE tista' tgħin tnaqqas dawn il-pressjonijiet permezz tal-politiki ta' żvilupp sostenibbli tagħha.

Tibdil fil-klima

  • Biex nilħqu l-miri tagħna dwar il-klima, għandna bżonn innaqqsu l-emmissjonijiet iktar malajr u nużaw it-teknoloġiji l-ġodda bħal dawk mir-riħ u mix-xemx u l-qbid u l-ħażna tal-karbonju.
  • Aħna għandna nsaħħu l-kapaċità ta' rkupru tal-ekonomiji tagħna mir-riskji klimatiċi, u l-kapaċità tagħna ta' prevenzjoni u rispons fis-segwitu tad-diżastri.

Kompetittività

  • L-UE għandha bżonn ittejjeb il-produttività u l-kompetittività tagħha. L-UE jeħtieġ li tibqa' fuq quddiem nett fil-qasam tas-soluzzjonijiet ekoloġiċi speċjalment fil-kuntest tal-kompetizzjoni dejjem tikber miċ-Ċina u l-Amerika ta' Fuq.
  • Jekk tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija l-Ewropa tiffranka €60 biljun fuq l-importazzjonijiet taż-żejt u tal-gass sal-2020 - essenzjali kemm għas-sigurtà tal-enerġija kif ukoll għal raġunijiet ekonomiċi.
  • Integrazzjoni aħjar tas-suq tal-enerġija Ewropea tista' tikkontribwixxi għal żieda fil-PGD minn 0.6% sa 0.8%.
  • Jekk tintleħaq il-mira ta' 20% tal-ħtiġijiet tal-enerġija tal-Ewropa minn riżorsi rinovabbli dan jista' joħloq iktar minn 600,000 impjieg fl-UE - 400,000 oħra jekk tintleħaq il-mira ta' 20% effiċjenza tal-enerġija.
  • L-impenji tal-UE għat-tnaqqas tal-emmissjonijiet għandhom jintlaħqu b'mod li jimmassimizzaw il-benefiċċji u jimminimizzaw l-ispejjeż - inkluż permezz tal-firxa ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna