AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Tkabbir ekonomiku intelliġenti

Tfajla quddiem bord fejn hemm impinġija diploma u kappell tal-gradwazzjoni © iStockphoto

Tkabbir intelliġenti jfisser it-titjib tal-prestazzjoni tal-UE:

  • fl-edukazzjoni (inkoraġġiment biex in-nies jitgħallmu, jistudjaw u jaġġornaw il-ħiliet tagħhom)
  • fir-riċerka/l-innovazzjoni (ħolqien ta' prodotti/servizzi ġodda li jiġġeneraw tkabbir ekonomiku u impjiegi u jgħinu biex jindirizzaw l-isfidi soċjali)
  • fis-soċjetà diġitali (l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni)

 

Il-miri tal-UE għat-tkabbir ekonomiku intelliġenti:

  1. 1. 3% tal-PGD tal-UE għar-R&Ż permezz ta' investiment pubbliċi u privati u t-tisħiħ tal-politiki favur l-innovazzjoni
  2. 2. rata ta' impjieg ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020 - billi jidħlu jaħdmu iktar nies, speċjalment nisa, żgħażagħ, dawk ikbar fl-età u b'ħiliet baxxi u immigranti legali
  3. 3. kisbiet edukattivi aħjar - billi:
    - tonqos ir-rata ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola għal inqas minn 10%
    - tal-inqas 40% ta' dawk bejn it-30 u l-34 sena jilħqu l-livell ta' edukazzjoni terzjarja (jew ekwivalenti)

> Il-miri kollha fuq il-livell tal-UE

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

L-UE kif se tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku intelliġenti?

Permezz ta' 3 inizjattivi ewlenin:

  1. 1. Aġenda Diġitali għall-Ewropa English

    Il-ħolqien ta' suq diġitali uniku bbażat fuq internet veloċi/ultraveloċi u applikazzjonijiet interoperabbli:
    • sal-2013: aċċess broadband għal kulħadd
    • sal-2020: aċċess għal kulħadd għall-veloċitajiet tal-internet ħafna ogħla (30 Mbps jew ogħla)
    • sal-2020: 50% jew iktar tal-familji Ewropej b'konnessjoni tal-internet b'veloċità ogħla minn 100 Mbps.
  2. 2. Unjoni ta' Innovazzjoni English
    • l-iffukar mill-ġdid tal-politika tar-R&Ż u l-innovazzjoni fuq l-isfidi prinċipali tas-soċjetà tagħna bħat-tibdil fil-klima, l-effiċjenza tal-enerġiji u r-riżorsi, is-saħħa u t-tibdil demografiku
    • it-tisħiħ ta' kull ħolqa fil-katina tal-innovazzjoni, mir-riċerka fundamentali sal-kummerċjalizzazzjoni
  3. 3. Żgħażagħ attivi DeutschEnglishfrançais
    • tgħin lill-istudenti u l-apprendisti jistudjaw barra minn pajjiżihom
    • tipprepara aħjar liż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol
    • iżżid ir-rendiment u tagħmel lill-universitajiet Ewropej iktar attraenti fil-livell internazzjonali
    • ittejjeb il-livelli tal-edukazzjoni u t-taħrig (eċċellenza akkademika, opportunitajiet indaqs)

> L-inizjattivi ewlenin kollha ta' Ewropa 2020

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Għaliex l-Ewropa għandha bżonn tkabbir ekonomiku intelliġenti?

L-Ewropa għandha inqas tkabbir ekonomiku mill-kompetituri prinċipali tagħha prinċipalment minħabba differenza fil-produttività parzjalment ikkawżata minn:

  • livelli iktar baxxi ta' investiment fir-R&Ż u l-innovazzjoni
  • nuqqas ta' użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni/komunikazzjoni
  • diffikultajiet għall-aċċess għall-innovazzjoni f'ċerti setturi tas-soċjetà

Pereżempju:

  • L-impriżi Ewropej bħalissa jkopru biss kwart mis-suq globali ta' €2 triljun għat-teknoloġiji tal-informazzjoni/komunikazzjoni.
  • Id-dewmien fl-aċċess għall-internet veloċi jaffettwa l-kapaċità tal-Ewropa fil-qasam tal-innovazzjoni, it-tifrix tal-għarfien u d-distribuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi u jħalli ż-żoni rurali iżolati.

Edukazzjoni u taħriġ

  • Madwar 25% tat-tfal Ewropej għandhom diffikultajiet fil-qari
  • Wisq żgħażagħ jitilqu mill-iskola mingħajr kwalifiki
  • Għadd mhux ħażin jilħqu kwalifiki ta' livell medju, iżda dawn il-kwalifiki spiss ma jaqblux mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol
  • Inqas minn terz tal-Ewropej bejn il-25 u l-34 sena għandhom lawrija universitarja (40% fl-Istati Uniti, ikar minn 50% fil-Ġappun)
  • L-universitajiet Ewropej mhumiex meqjusin ta' livel għoli ħafna f'termini globali - tnejn biss qegħdin mal-aqwa 20 fid-dinja (ara l-indiċi ta' Shanghai (ARWU) English)

Popolazzjoni li qed tixjieħ

  • Hekk kif l-Ewropej jgħixu iktar u jkollhom inqas tfal, inqas ħaddiema se jkollhom jappoġġjaw għadd ikbar ta' pensjonanti, kif ukoll jiffinanzjaw il-bqija tas-sistema tas-servizzi soċjali.
  • L-għadd ta' persuni li għandhom aktar minn 60 sena qiegħed jiżdied darbtejn aktar malajr milli kien qiegħed jiżdied fl-2007 - b'madwar żewġ miljuni meta mqabbel mal-miljun tas-snin ta' qabel.
  • Ekonomija ta' għarfien iktar żviluppata b'iktar opportunitajiet se tgħin biex il-persuni jaħdmu għal żmien itwal u b'hekk tnaqqas il-piż fuq is-sistema tal-benifiċċji soċjali.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna