Tkabbir ekonomiku inklużiv – ekonomija b'rata għolja ta' impjieg li twassal għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Tkabbir ekonomiku inklużiv ifisser:
- żieda fir-rata tax-xogħol fl-Ewropa - impjiegi ġodda u aħjar, speċjalment għan-nisa, iż-żgħażagħ u ħaddiema ikbar fl-età
- għajnuna lin-nies ta' kull età biex jantiċipaw u jimmaniġjaw il-bidla permezz ta' investiment f'ħiliet u taħriġ
-
immodernizzar tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tas-sigurtà soċjali
- garanzijia li l-l-UE kollha taħsad il-frott mit-tkabbir ekonomiku
Il-miri tal-UE għat-tkabbir ekonomiku inklużiv:
- 1. rata ta' impjieg ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020 - billi jidħlu jaħdmu iktar nies, speċjalment nisa, żgħażagħ, dawk ikbar fl-età u b'ħiliet baxxi u immigranti legali
- 2. kisbiet edukattivi aħjar - billi:
– tonqos ir-rata ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola għal inqas minn 10%
- tal-inqas 40% ta' dawk bejn it-30 u l-34 sena jilħqu l-livell ta' edukazzjoni terzjarja (jew ekwivalenti)
- 3. tal-inqas 20 miljun persuna inqas f'riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali
> Il-miri kollha fuq il-livell tal-UE
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
L-UE kif se tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku inklużiv?
Permezz ta' 2 inizjattivi ewlenin:
- 1. Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda
- għall-individwi - tgħin lin-nies jakkwistaw ħiliet ġodda, jadattaw għal suq tax-xogħol dejjem jinbidel u jagħmlu bidliet tal-karriera b'suċċess
- għal kulħadd - modernizzar tas-swieq tax-xogħol biex jiżdiedu l-livelli ta' impjiegi, jonqos il-qagħad, tiżdied il-produttività tax-xogħol u tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-mudelli soċjali tagħna
- 2. Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar
- tiżgura l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
- tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet fundamentali ta' min jgħix fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali, u tgħinhom jgħixu b'dinjità u jieħdu sehem fis-soċjetà
- timmobilizza l-appoġġ biex tgħin lin-nies jintegraw fil-komunitajiet fejn jgħixu, isibu taħriġ u għajnuna biex isibu impjieg u jkollhom aċċess għall-benefiċċji soċjali
L-iżvilupp u l-investiment reġjonali ukoll jappoġġja t-tkabbir inkllussiv billi jgħin bien jonqsu d-differenzi bejn ir-reġjuni u jippermetti li l-benefiċċji tat-tkabbir jilħqu l-UE kollha.
> L-inizjattivi ewlenin kollha ta' Ewropa 2020
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Għaliex l-Ewropa għandha bżonn tkabbir inklużiv?
Impjiegi
-
Il-forza tax-xogħol tal-Ewropa qed tonqos minħabba t-tibdil demografiku - forza tax-xogħol iżgħar qed tappoġġja għadd dejjem jikber ta' persuni mhux attivi.
- L-UE għandha bżonn tgħolli r-rata ta' impjieg kumplessiva: Ir-rata ta' impiegi hija partikolarment baxxa għan-nisa (63% kontra 76% għall-irġiel) u ħaddiema ikbar fl-età, bejn il-55 u l-64 sena (46% kontra 62% fl-Istati Uniti u l-Ġappun).
- L-Ewropej jaħdmu inqas sigħat - 10% inqas minn dawk fl-Istati Uniti u l-Ġappun.
- Il-kriżi ekonomika wasslet għal qgħad għoli fost iż-żgħażagħ - iktar minn 21% - u sar iktar diffiċli li nies bla xogħol isibu impjieg.
Ħiliet
- L-UE għandha madwar 80 miljun persuna b'ħiliet baxxi jew bażiċi - li jibbenfikaw inqas mit-tagħlim tul il-ħajja minn dawk b'iktar skola.
- Sal-2020, 16-il miljun iktar impjiegi se jkunu jeħtieġu kwalifi għoljin, bi 12-il miljun inqas impjieg jeħtieġ livell ta' ħiliet baxx.
- L-akkwist u l-iżvilupp ta' ħiliet ġodda huma iktar importanti.
Il-ġlieda kontra l-faqar
- Anke qabel il-kriżi, kien hemm 80 miljun ruħ f'riskju ta' faqar, li 19-il miljun minnhom kienu tfal.
-
8% ta' dawk li jaħdmu ma jaqilgħux biżżejjed flus biex joħorġu mill-faqar.
It-tarf ta’ fuq tal-paġna