AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Ħarsa fuq fuq lejn l-istrateġija Ewropa 2020

L-Ewropa 2020 hija l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea, fuq għaxar snin, għall-impjiegi u t-tkabbir. Tnediet fl-2010 biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Ġew miftiehma ħames għanijiet ewlenin li l-UE għandha tilħaq sa tmiem l-2020. Dawn ikopru x-xogħol; ir-riċerka u l-iżvilupp; il-klima/l-enerġija; l-edukazzjoni; l-inklużjoni soċjali u tnaqqis tal-faqar.

Il-progress lejn il-miri ta' Ewropa 2020 huwa mħeġġeġ u ssorveljat tul is-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-UE għall-koordinazzjoni ekonomika u baġitarja.

F’Marzu 2014, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni li tqis l-Istrateġija Ewropa 2020 , inkluża ħarsa ġenerali tal-progress fil-miri ta' Ewropa 2020.

Il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija bejn Mejju u Ottubru 2014, u ppubblikat ir-riżultati f'komunikazzjoni pdf - 178 KB [178 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) f'Marzu 2015.

Fl-2015, il-Kunsill adotta sett ġdid ta’ linji gwida integrati – linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri – li jissostitwixxu Linji Gwida Integrati tal-2010.


Ara wkoll:

 

It-tarf ta’ fuq tal-paġna