AA+A++Verżjoni għall-printerMappa tas-sitRSSRSS

Għodda oħra għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi

Żewġt ibnadar tal-Unjoni Ewropea © iStockphoto

Il-firxa sħiħa tal-politiki u l-istrumenti tal-UE għandha tintuża b'mod aktar effettiv biex jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020. Din tinkludi politiki transversali ferm stabbiliti bħalma huma:

  • is-suq uniku DeutschEnglishfrançais
  • il-baġit DeutschEnglishfrançaistal-UE (inkluż l-iżvilupp reġjonali, il-fondi soċjali u ta' koeżjoni)
  • l-għodda ta’ politika esterna.

Approfondiment tas-suq uniku

L-iżvilupp u l-ħolqien tal-impjiegi jiddependu fuq swieq b'saħħithom, imqabbdin tajjeb, fejn il-kompetizzjoni u l-aċċess tal-konsumatur iħeġġu n-negozju u l-innovazzjoni.

Diversi ostakoli għad jinħtiġilhom li jiġu indirizzati:

  • aċċess ristrett għal attività bejn il-fruntieri
  • netwerks li mhumiex interkonnessi b'mod suffiċjenti
  • rinforzar mhux l-istess tar-regoli tas-suq uniku
  • komplessità legali minħabba li jeżistu 27 sett differenti ta' regoli għal ċerti tranżazzjonijiet

Jinħtieġ li jsir xogħol ukoll biex jittejjeb l-aċċess għas-suq uniku għan-negozji ż-żgħar u biex tiġi żviluppata l-intraprenditorija, pereżempju billi

  • tkun issimplifikata l-liġi dwar il-kumpaniji (il-proċeduri ta' falliment, l-istatut ta' kumpanija privata, eċċ.)
  • l-intraprendituri jkunu jistgħu jibdew mill-ġdid wara li jkun fallielhom in-negozju.

Konsumaturi individwali għandhom ikunu jistgħu jixtru prodotti u servizzi minn pajjiżi oħra tal-UE b'faċilità u b'fiduċja eħfef, b'mod partikulari onlajn.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Investiment fit-tkabbir

Il-kriżi finanzjarja kellha impatt maġġuri fuq il-kapaċità tan-negozji u l-gvernijiet Ewropej li jiffinanzjaw investiment u proġetti ta' innovazzjoni. Biex l-għanijiet ta' Ewropa 2020 jirnexxu, l-UE jinħtiġilha:

  • ambjent regolatorju li jiżgura swieq effettivi u sikuri
  • strumenti innovattivi għall-finanzjament tal-investiment neċessarju - inklużi partenarjati pubbliċi-privati.

Dawn il-prijoritajiet għal żvilupp fit-tul ġew inklużi fil-proposti tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss (2014-2020) tal-UE.

Attwalment, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni flimkien jammontaw għal aktar minn terz tal-baġit ġenerali tal-UE.

Dawn l-istrumenti jgħinu biex jiżguraw li l-flus jiġu investiti b'mod effettiv sabiex ikun appoġġat żvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Il-finanzjament tal-UE qed jgħin biex jingħata appoġġ lil:

  • Aktar impjiegi u aħjar
  • Żvilupp ta' teknoloġiji ġodda
  • Riċerka avvanzata
  • Aċċess għall-Internet b'veloċità għolja
  • Trasport intelliġenti u infrastruttura tal-enerġija
  • Effiċjenza tal-Enerġija u enerġiji rinnovabbli
  • Żvilupp kummerċjali
  • Kapaċitajiet u taħriġ

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Strumenti tal-politika barranija

Biex trawwem l-iżvilupp, l-UE għandha tinkuraġġixxi l-kummerċ fi swieq miftuħin u ġusti madwar id-dinja, f'qafas ta' ħidma internazzjonali bbażat fuq ir-regoli. Hi se tippromwovi:

  • l-aspetti barranin ta' diversi politiki interni (pereżempju l-enerġija, it-trasport, l-agrikultura, ir-riċerka u l-iżvilupp)
  • il-koordinazzjoni tal-politika makroekonomika internazzjonali u kummerċjali
  • asserzjoni u effettività fil-parteċipazzjoni f'fora internazzjonali bħall-G20, biex tiġi fformata l-ordni ekonomika dinjija tal-ġejjieni.

L-UE trid ukoll tibni relazzjonijiet strateġiċi ma' ekonomiji emerġenti, biex jiġu diskussi kwistjonijiet ta' preokkupazzjoni komuni, il-promozzjoni ta' kooperazzjoni dwar regolamenti u kwistjonijiet oħra, u sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet bilaterali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat strateġija ġdida għall-kummerċ f'Novembru 2010.

L-UE diġà qed tiżviluppa partenarjat veru ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw ħalli jinqered il-faqar, jiġi promoss l-iżvilupp u jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna