
Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012, il-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet u l-Kummissjoni Ewropea se jiddiskutu l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir, kemm b'miżuri immedjati biex imexxu l-ekonomija u kif ukoll b'viżjoni iktar fit-tul għal Unjoni Ewropea iktar b'saħħitha.
F'diskors lill-Parlament Ewropew, il-President tal-KE José Manuel Barroso ġabar fil-qosor l-elementi prinċipali tar-rispons tal-UE għall-kriżi u għal tkabbir futur.
Il-messaġġ tal-Kummissjoni Ewropea qabel il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju huwa ċar: it-tkabbir jista' jiġi biss minn taħlita ta’ finanzi pubbliċi sodi, riformi strutturali importanti u investiment immirat.
Il-Kunsill Ewropew għandu jaqbel mal-inizzjattiva għat-tkabbir, bi tliet elementi:
It-tieni Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi tal-Pajjiż adottati fit-30 ta' Mejju huma eżempju tal-politika tas-Simestru Ewropew fil-prattika.
Huwa kontroll tas-saħħa tas-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja f'kull wieħed mis-27 Stat Membru. Kif ukoll it-trattament propost għall-iżbilanċi u l-fatturi tar-riskju identifikati.
Il-Kummissjoni ssejjaħ lill-Kunsill Ewropew għal approvazzjoni ċara tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi, mingħajr ma jaqa' fit-tentazzjoni li jtaffihom.
Jekk kulħadd jaqbel li għat-tkabbir, l-investiment pubbliku mmirat hu meħtieġ biex jikkomplementa r-riformi strutturali, imbagħad dan jeħtieġ li jkun rifless fil-baġit tal-Unjoni Ewropea.
L-adozzjoni rapida tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali se jibgħat sinjal immedjat li l-Ewropa hija lesta li tinvesti fil-futur tagħna, li aħna serji dwar it-tkabbir.
Il-baġit tal-Unjoni Ewropea mhuwiex baġit għal "Brussell" jew għall-istrutturi jew l-istituzzjonijiet tal-UE. Huma flus għar-reġjuni, l-ibliet, l-istudenti, l-SMEs, ir-riċerkaturi Ewropej u iktar.
Bħalissa hemm spinta għal aktar integrazzjoni fiż-żona tal-ewro u fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.
L-integrazzjoni finanzjarja hija qasam fejn jista' jsir progress importanti malajr, anke mingħajr bidliet fit-Trattat, b’benefiċċji enormi għaċ-ċittadini u għall-investituri f’termini ta’ protezzjoni u fiduċja fis-suq.
Għalhekk, il-ħolqien ta' Unjoni bankarja tidher prijorità naturali.
Il-President Barroso jħoss li għandhom jittieħdu żewġ passi importanti:
Aqra taqsira tal-passi li diġà ttieħdu u li mistennija jittieħdu fil-ġejjieni qarib.
Il-benefiċċji sħaħ minn approfondiment tal-unjoni ekonomika u monetarja u mill-ħolqien tal-unjoni bankarja jistgħu jiġu sfruttati biss bl-iżvilupp tal-unjoni fiskali.
X’hemm bżonn isir:
Inniedu diskussjoni serja dwar il-ħruġ konġunt u l-mutwalizzazzjoni tad-djun nazzjonali fil-forma ta' bonds ta' stabbiltà (Aqra l-Green Paper tal-Kummissjoni
)
Unjoni ekonomika u monetarja iktar b'saħħitha teħtieġ responsabilità u leġittimità iktar profonda. Hemm bżonn jitħejjew deċiżjonijiet ta' dimensjoni storika, u jeħtieġ li ċ-ċittadini jiġu involuti fid-dibattitu.