Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



Ressaq ilment


Kull persuna tista' takkuża Stat Membru billi tressaq ilment lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddenunzja miżura (leġiżlattiva, regolamentari jew amministrattiva) jew prattika imputabbli għal Stat Membru li hi tqis tmur kontra dispożizzjoni jew prinċipju tal-liġi tal-Unjoni.

Din il-formola ta' lmentdokument rtfбългарскиespañolčeštinadanskDeutschελληνικάEnglisheesti keelfrançaismagyaritalianolietuvių kalbalatviešu valodaMaltiNederlandspolskiportuguêsromânăslovenčinaslovenščinasuomisvenska [< 74 KB] mhix obbligatorja.

Ilment jista' jitressaq lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta' ittra ordinarja, jew bl-email, iżda huwa fl-interess ta' min jagħmel l-ilment li jinkludi l-informazzjoni l-iktar rileventi possibbli. Madankollu, m'għandha tiġi inkluża l-ebda informazzjoni personali mhux neċessarja.

Il-formola tista' tintbagħat bil-posta ordinarja f'dan l-indirizz:

Kummissjoni Ewropea
(Attn: Secrétaire générale / Is-Segretarja Ġenerali)
B-1049 Bruxelles
BELGIQUE

Din l-istess formola tista' wkoll titħalla fl-uffiċċji ta' rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.

Biex ilment ikun jista' jiġi aċċettat, irid ikun dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni minn Stat Membru.