
Accessibility tools
Service tools
Language selector
Navigation path
Additional tools
Fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea (TFUE), għajnuna mill-Istat hi
definita bħala kwalunkwe vantaġġ li jingħata
b'mod selettiv lil intrapriża jew lil
intrapriżi mill-awtoritajiet nazzjonali.
Għalhekk miżuri ġenerali miftuħin
għall-intrapriżi kollha ma jikkostitwixxux
għajnuna mill-Istat.
Kumpanija li tirċievi għajnuna mill-gvern tkun
qed tingħata vantaġġ fuq il-kompetituri
tagħha.
Dan hu għala l-Artikolu 107 tat-TFUE
jipprojbixxi, b'mod ġenerali, li jsir rikors
għall-għajnuniet mill-Istat.
Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi, meħtieġ
l-intervent tal-gvern biex jippermetti tħaddim
effikaċi u ġust tal-ekonomija. Għalhekk, għal
ċertu għadd ta' għanijiet u ta'
orjentazzjonijiet politiċi, għajnuna mill-Istat
tista' titqies kompatibbli mat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Għal aktar informazzjoni dwar l-għajnuna mill-istat jekk jogħġbok żur: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html