Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



Formola għad-depożitu ta' ilment dwar Għajnuna mill-Istat meqjus bħala illegali

Is-servizzi tal-Kummissjoni jirċievu għadd dejjem jikber ta' lmenti dwar il-possibilità ta' għoti ta' għajnuna mill-Istat li hi illegali u mhux kompatibbli mas-suq komuni.

Ta' spiss jiġri li dawn l-ilmenti jiġu ppreżentati b'mod pjuttost ġenerali, u dan jagħmilha diffiċli biex jiġu identifikati l-kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni u kemm hu serju l-ilment, u dan iwassal għal dewmien konsiderevoli fit-trattament tal-ilmenti.

Din il-formola għandha l-għan li tgħin lil dawk li jressqu l-ilment, billi tidentifika l-informazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni biex din tkun tista' tiżgura li l-ilment jiġi segwit.
Din għandha wkoll tiffaċilita t-trattament tal-ilmenti mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri.

Fi ħdan il-Kummissjoni, l-ilmenti dwar l-għajnuniet mill-Istat jiġu ttrattati b'mod deċentralizzat mis-servizzi responsabbli. Id-dettalji ta' dawn id-servizzi jidhru fil-formola. F'każ ta' dubju, l-ilment jista' jiġi ppreżentat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li jiddeċiedi min għandu jitratta l-ilment.