
Accessibility tools
Service tools
Language selector
Navigation path
Additional tools
Adottat mill-Kunsill flimkien mal-Parlament jew
mill-Kummissjoni weħidha, ir-Regolament hu att
ġenerali u jorbot fl-intier tiegħu.
B’differenza mid-Direttivi li huma indirizzati
lill-Istati Membri u mid-Deċiżjonijiet li huma
indirizzati lil destinitarji speċifiċi,
ir-Regolament hu indirizzat lil kulħadd.
Hu direttament applikabbli, jiġifieri jkollu
immedjatament is-saħħa ta’ liġi fl-Istati Membri
kollha, daqslikieku kien liġi nazzjonali, u
mingħajr l-ebda intervent ieħor min-naħa
tal-awtoritajiet nazzjonali.