Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



X'inhi Direttiva?

Id-Direttiva Ewropea tiffissa l-għanijiet li għandhom jilħqu l-Istati Membri, u tħallilhom l-għażla dwar il-mezzi li jadottaw biex iwettqu dawn l-għanijiet. Tista' tkun indirizzata lil Stat Membru wieħed, lil diversi Stati Membri jew lill-Istati Membri kollha. Biex il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva jħallu effett fuq il-livell taċ-ċittadin, il-leġiżlatur nazzjonali għandu jadatta att ta' traspożizzjoni fil-liġi interna li jadatta l-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-għanijiet iddefiniti fid-Direttiva.

Din tipprevedi skadenza tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali: għat-traspożizzjoni, l-Istati Membri għandhom ċerta flessibbiltà li tippermettilhom jagħtu kont tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali. It-traspożizzjoni għandha sseħħ fi skadenza ffissata bid-Direttiva.

Id-direttiva hija użata biex tarmonizza l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, partikolarment għat-twettiq tas-suq uniku (pereżempju, l-istandards dwar is-sigurtà tal-prodotti).