Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



Applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea hu li tiżgura l-applikazzjoni tal-liġi Ewropea.

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea jipparteċipa fil-ġestjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u l-ksur, inklużi n-notifiki tal-miżuri nazzjonali għat-traspożizzjoni tad-direttivi.
Huwa responsabbli għar-regoli u l-prattiki proċedurali fil-qasam tal-ksur u tal-għajnuna mill-Istat.

Ksur u direttivi

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea jiżgura l-ġestjoni tal-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-ksur suspettat u stabbilit, li jiġi identifikat billi jitressaq lment jew b'azzjoni ta' inizjattiva proprja, inkluż il-ksur li jirriżulta minn nuqqas ta' notifika tal-miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni tad-direttivi.

Għajnuna mill-Istat

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea jiżgura l-ġestjoni tal-proċessi deċiżjonali tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li jiġu identifikati permezz ta' tressiq ta' lment jew permezz ta' azzjoni ta' inizjattiva proprja.