Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea hi l-"għassiesa tat-trattati".

Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni mill-individwi, mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra.

Fit-tħaddim tal-kompetenzi tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tista' notevolment timponi sanzjonijiet fuq individwi u fuq intrapriżi minħabba l-ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Hi tista' tapplika proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri u skont dawn il-proċeduri hi tistieden lill-Istati Membri biex jirrimedjaw sitwazzjoni f'limitu ta' żmien stabbilit.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni Ewropea tista' tressaq każ quddiem il-Qorti minħabba l-ksur tal-liġi tal-Unjoni minn Stati Membri jew minn Istituzzjonijiet Ewropej oħra.