Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



Ġurisprudenza dwar il-kumpens għad-danni u l-interessi


Każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea relatata mat-talbiet għall-kumpens għad-danni u l-interessi rigward ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri

Fl-1991, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kawża tal-QĠKE tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich, stabbilixxiet il-prinċipju li “l-Istati membri huma obbligati li jikkumpensaw id-danni kkawżati lill-individwi mill-ksur tagħhom tad-dritt Komunitarju.”

Fit-taqsima ‘1.3 Taħriġ fil-liġi Komunitarja’ tal-Komunikazzjoni tagħha tal-5 ta’ Settembru 2007, li ġġib l-isem "Ewropa li tikseb ir-riżultati – l-applikazzjoni tal-liġi komunitarja" (COM(2007)502), il-Kummissjoni indikat li hija se tippubblika dokument ta’ spjegazzjoni dwar il-ġurisprudenza tal-Qorti marbuta ma' talbiet għall-kumpens ta’ danni u interessi rigward ksur tad-dritt Komunitarju mill-Istati Membri.

L-għan ta’ dan id-dokument pdf  huwa li jagħti ħarsa qasira lejn il-konklużjonijiet tal-Qorti dwar din il-kwistjoni billi jispjega, qabel kollox, is-sentenza Francovich, il-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm ir-responsabbiltà tal-Istati Membri kif ukoll il-kunċett tal-organu li minnu jkun oriġina l-ksur. Id-dokument imbagħad jeżamina kif il-qrati nazzjonali implimentaw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-mezzi legali disponibbli u t-termini li l-individwi li jkunu sofrew id-dannu jridu jirrispettaw, l-awtorità inkarigata biex tagħti kumpens għad-dannu u jekk tali kumpens huwiex xieraq.

Jekk jogħġbok innota li l-espressjoni "liġi Komunitarja" użata f'dan id-dokument għandha tinftiehem fis-sens ta' "liġi tal-Unjoni Ewropea" mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.